Atletika
Atletika: L-Etijopjan Guye Adola jirbaħ il-maratona ta’ Berlin

L-Etijopjan Guye Adola kellu comeback qawwi biex għadda lill-favorit Kenenisa Bekele u lill-Kenjan Bethwel Yegon u rebaħ il-maratona ta’ Berlin li saret dalgħodu.

Adola għamel ħin ta’ sagħtejn, 5 minuti u 45 sekonda. Hu kien spiċċa fit-tieni post fl-istess maratona ta’ Berlin fl-2017.

Yegon spiċċa fit-tieni post qabel Bekele li kien qed jikkompeti għall-ewwel darba fl-aħħar sena u nofs u kellu jfieq minn meta ġie pożittiv għall-COVID-19.

Il-kategorija tan-nisa kienet iddominata mill-Etijopjani li daħlu fl-ewwel tliet postijiet. Ir-rebbieħa kienet Gotytom Gebreslase li għamlet ħin ta’ sagħtejn, 20 minuta u 9 sekondi.

 

Miktub minn...
TVM Sport