Atletika
Atletika: L-Etijopjan Shura Kitata jirbaħ il-maratona ta’ Londra

L-Etijopjan Shura Kitata rebaħ il-maratona ta’ Londra u għadda lill-favorit, il-Kenjan Vincent Kipchumba fl-aħħar parti tat-tellieqa.

Kipchoge, li għandu r-rekord dinji ta’ din il-maratona, kellu wirja ħażina u lejn l-aħħar ma żammx mal-pass ta’ quddiem biex ma rebaħx għall-ewwel darba mill-2013. Huwa daħal fit-tmien post.

F’temperaturi xitwija, Kitata mar fuq quddiem u rebaħ f’ħin komdu ta’ sagħtejn, 5 minuti u 41 sekonda.

Fit-tielet post wara Kipchumba daħal Sisay lemma tal-Etijopja.

Fil-kategorija tan-nisa, Brigid Kosgei li għandha r-rekord dinji, rebħet b’mod komdu ħafna u ddominat il-parti femminili f’ħin ta’ sagħtejn, 18-il minuta u 58 sekonda.

Miktub minn...
TVM Sport