Atletika
Atletika: L-ex kap Lamine Diack jintbagħat sentejn ħabs

L-ex kap tal-atletika dinjija Lamine Diack, intbagħat ta’ mill-inqas sentejn ħabs f’deċiżjoni li ttieħdet illum mill-Qorti Franċiża.

Diack kien akkużat li kien involut f’korruzzjoni ta’ doping ma’ atleti Russi.

Diack, ta’ 87 sena, instab ħati li aċċetta flejjes mingħand atleti li kienu pożittivi għal doping biex jaħbi r-riżultati tagħhom.

Is-Senegaliż instab ħati minn atleti li saħansitra kkompetew fl-Olimpjadi ta’ Londra tal-2012.

Il-Qorti sabet lil Diack ħati li rċieva flus mir-Russja biex jgħin lil Macky Sall jinħatar President tas-Senegal fl-2012 u dan biex ikun jista’ jgħinu jwaqqaf il-proċess kontra d-doping li kien hemm għaddej kontra l-atleti.

Diack waħel ukoll multa ta’ nofs miljun ewro.

Miktub minn...
TVM Sport