
Atletika
Atletika: L-ex President tal-IAAF Lamine Diack jitressaq fil-Qorti akkużat b’korruzzjoni
L-ex President tal-IAAF Lamine Diack, dalgħodu tressaq fil-Qorti ta’ Pariġi akkużat b’korruzzjoni, ħasil ta’ flus u ksur ta’ regolamenti oħra relatati mal-iskandlu tad-doping Russu.
Il-Prosekuturi fil-każ qed jixlu lil Diack li tħallas kważi tliet miljuni u nofs minn atleti biex jitkomplew jikkompetu anki meta kienu nstabu ħatja ta’ doping.
Diversi atleti kienu saħansitra kkompetew fl-Olimpjadi ta’ Londra fl-2012.
Diack għalaq 87 sena lbieraħ u diġà ċaħad dawn l-akkużi kontrieh.
L-Avukati tiegħu qalu li l-akkużi li għandu kontrieh huma bla bażi.