Atletika
Atletika: L-Ingliża Dina Asher-Smith b’wirja impressjonanti fil-200m indoor ta’ Savona

Atletika: L-isprinter Ingliża  bdiet l-istaġun outdoor tagħha b’rebħa imressjonanti fil-200 metru f’Savona, fl-Italja.

Iċ-Champion tad-Dinja għamlet ħin ta’ 22.56 sekondi biex daħlet fl-ewwel post qabel Beth Dobbin li għamlet ħin ta’ 23.06 sekondi.

Din kienet l-ewwel tellieqa ta’ Aher -Smith minn meta kienet Champion tad-Dinja f’Doha f’Ottubru 2019.

L-atleta ta’ 25 sena se tkun qed tieħu sehem fil-100 metru fil-Grand Prix ta’ Gateshead fit-23 ta’ Mejju.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport