Atletika
Atletika: Lisa Bezzina tikser rekord nazzjonali fin-Nofs Maratona ta’ Pisa

L-atleta Maltija Lisa Bezzina, dalgħodu kitbet parti sabiħa mill-Istorja tal-isport Malti u tagħha personali meta kissret ir-rekord nazzjonali tan-Nofs Maratona ta’ Pisa.

Bezzina għamlet ħin ta’ 1.17.40 biex tejbet il-ħin ta’ 1.17.52 li kienet għamlet l-atleta Carol Galea lura fl-1997.

Din kienet it-tieni sena konsekuttiv li Bezzina rebħet din il-maratona.

Il-bandiera Maltija telgħet fuq il-podju darbtejn u dan peress li fit-tielet post ġiet ukoll l-atleta Joelle Cortis.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Atletika

Aktar minn 9,500 atleta li ħadu sehem fin-nofs maratona f’Moska, ir-Russja, kellhom iżommu ma’ protokoll partikolari minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Qabel bdiet it-tellieqa kull atleta kellu t-temperatura ta’ ġismu ċċekkjata, filwaqt…

Atletika

Il-Federazzjoni tal-Atletika fir-Russja qed tistenna x’se jkun il-verdett finali li se joħroġ mill-assoċjazzjoni dinjija tal-Atletika dwar sanzjonijiet ġodda li mistennija jittieħdu kontrihom. Hemm l-għidut li r-Russi jistgħu jiġu sospiżi għal…

Atletika

Id-deċżjoni dwar jekk hux se tkun qed issir il-maratona ta’ Londra jew le għad trid tittieħed fis-7 ta’ Awwissu hekk kif illum baqa’ ma ntlaħaqx ftehim. Din l-aħbar tawha l-organizzaturi…

Aktar