Atletika
Atletika: Luke Micallef jirbaħ l-ewwel tellieqa tar-Road Running League 2018-19

Atletika: Luke Micallef ta’ Pembroke Athleta rebaħ l-ewwel tellieqa tar-Road Running League 2018/19 organizzata minn Malta Amateur Athletic Association.

Fit-tieni post fil-kategorija tal-irġiel ta’ din it-tellieqa fuq 5 kilometri li bdiet u ntemmet fil-Maqluba spiċċa Andre Grech ta’ Mellieħa Atheltic Club u fit-tielet post Charlton debono ta’ Athletixs Athletic Club.

Fil-kategorija tan-nisa daħlet l-ewwel Lisa Maria Bezzina ta’ Pembroke, fit-tieni post Mona Lisa Camilleri ta’ AS Libertas u fit-tielet post Roberta Schembri.

It-tellieqa li jmiss terġa’ ssir fil-Maqluba limiti taż-Żurrieq fis-17 ta’ Novembru.

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Atletika

Temperaturi għolja ħafna fid-deżert tal-Oman, hekk kif 107 atleti kellhom jaffaċċjaw temperatura ta’ 40 grad celsius waqt il-Maratona fid-Deżert tal-Oman. Il-Ħadd li għadda sar it-tielet stadju ta’ din il-maratona, bl-itwal…

Atletika

Kampjonati Ewropej tal-Atletika f’Berlin: l-atleta Maltija Charlotte Wingfield illum ikklassifikat l-aħħar fost 24 tfajla li tellqu fil-200 metru. Wingfield ġriet fl-ewwel heat u għamlet ħin ta’ 24 sekonda punt 4:…

Atletika

It-tellieqa Trail Run fuq distanza ta’ 5 kilometri organizzata mill-Agones SFC attirat numru sabiħ ta’ atletli f’tellieqa li hija kkunsidrata bħala waħda barra mill-istaġun tat-tlielaq. It-Trail Running sar sinonmu mal-klabb…

Aktar