Atletika
Atletika: Luvo Manyonga jerġa’ jxellef idejh mal-ġustizzja, din id-darba dwar xorb eċċessiv

L-istilla tal-Afrika t’Isfel tal-atletika Luvo Manyonga, rebbieħ tal-Midalja tad-Deheb fil-Kampjonati Dinjija tal-2017, reġa’ xellef idejh mal-ġustizzja meta din id-darba nqabad taħt effett qawwi tal-alkoħol.

Manyonga kien rebaħ ukoll il-Midalja tal-Fidda tal-long jump fl-Olimpjadi tal-2016.

L-atleta ta’ 29 sena, li kien ġie sospiż mill-atletika għal 18-il xahar wara li ttestja pożittiv għal xi sustanzi fl-2012, ġie mmultat wara li taħt effett qawwi tal-alkoħol kiser diversi regolamenti tal-lockdown li hemm fl-Afrika t’Isfel.

Il-Pulizija qalet li Manyonga għamel dawn ir-reati l-Erbgħa li għadda f’Thubelitsha Park f’Kayamandi.

Miktub minn...
TVM Sport