X

Atletika: Malta tipparteċipa fil-Kampjonati Dinjija tal-iskejjel fi Split, fil-Kroazja

Story Published

Matul din il-gimgha, Malta qed tiehu sehem fl-International School Sports Federation World School Championships in Athletics li qed isiru fi Split, fil-Kroazja. Din il kompetizzjoni qed jieħdu sehem fiha 29 pajjiż minn madwar id-dinja kollha.

Ilbierah l-atleti Maltin kisbu prestazzjoni tajba fejn Josepha Micallef ġiet fit-tielet post fl-400 metru f’ħin personali ġdid ta’ 60.10. Hi ħadet sehem ukoll fil-long jump fejn qabżet għall-ewwel darba l-4 metri b’qabża ta’ 4.04 metri.

Fil-long jump ħadu sehem ukoll Sara Bartolo bl-aħjar qabża ta’ ħajjitha, 5.09m, Jeremy Zammit 6.43m u Sean Spiteri 6.10m. Luca Farrugia ha sehem fil-high jump u qabeż 1.65m.

Għal ħafna din hija l-ewwel kompetizzjoni barra minn xtutna fosthom Shazney Spiteri li qabżet 1.40m fil high jump, Graham Pellegrini ġera 200m f’ħin ta’ 24.42, Nina Zammit Moore ġriet 800m f’ħin ta’ 2.30min u Jake Gauci f’ħin ta’ 2.07.97. Mattea Fenech ġriet l-aħjar ħin tagħha fit-300m hurdles ta’ 52.32s.

Ġurnata pożittiva kienet ukoll għal Kimarhi Charles fejn tefgħet ix-shot put distanza ġdida ta’ 11.83m.

Il-kontinġent Malti hu maghmul minn sitt tfajliet u sitt subien bejn l-età ta’ 15 u 17-il sena. L-għan ta’ dawn il-kompetizzjonijiet hija l-preparazzjoni għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li se jsiru f’Malta fl-2023. Din il-parteċipazzjoni saret possibbli grazzi għall-Ministeru tal-Edukazzjoni u Xoghol (MEDE) u għall-Ghaqda Volontarja Sportiva Malta School Sports Federation.

It-tim hu akkumpanjat minn Charlene Attard, Lara Gerada, Ralph Mifsud u Marvin Spiteri.