Atletika
Atletika: Mistennija aktar sanzjonijiet kontra r-Russja

Il-Federazzjoni tal-Atletika fir-Russja qed tistenna x’se jkun il-verdett finali li se joħroġ mill-assoċjazzjoni dinjija tal-Atletika dwar sanzjonijiet ġodda li mistennija jittieħdu kontrihom. Hemm l-għidut li r-Russi jistgħu jiġu sospiżi għal iktar żmien wara skandlu tad-doping li kienu ilu għaddej ġmielu.
Jidher li l-inkwiet għal din il-federazzjoni Russa għadu ma spiċċax wara li l-uffiċjali u l-kowċis fi ħdanha kienu mdaħħla f’aktar skandli. Biex il-borma tkompli titħawwar, ħames xhur wara li ġie elett, il-president Evgeny Yurchenko irriżenja mill-kariga.
Bħalissa l-federazzjoni Russa għandha quddiemha sospensjoni ta’ ħames snin u saħansitra naqset milli tħallas il-multa li imponiet fuqha l-assoċjazzjoni dinjija tal-atletika.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.