Atletika
Atletika: Mondo Duplantis b’rekord mondjali ġdid fil-pole vault…jaqbeż 6.17 metri

Ir-rebbieħ mondjali tal-midalja tal-fidda Mondo Duplantis wettaq il-ħolma ta’ ħajtu meta lbieraħ kiser ir-rekord tal-akbar qabża fil-pole vault ta’ 6.17-il metru.

Duplantis għamel din il-qabża fit-tieni tentattiv tiegħu fil-World Athletics Indoor Tour li qed isir f’Torun fil-Polonja.

L-Amerikan Żvediż Duplantis kiser ir-rekord li kellu l-Franċiż Renaud Lavillenie li kien ta’ 6.16 metri u li kien għamel fi Frar tal-2014 f’Donetsk fl-Ukrajna.

Il-qabża tal-bieraħ ta’ Duplantis kienet is-sitt waħda f’dawn il-kampjonati.

Minkejja li mwieled fl-istati Uniti, Duplantis kien iddeċieda li jikkompeti għall-Iżvezja, il-pajjiż fejn twieldet ommu, li kienet ukoll plejer nazzjonali tal-Iżvezja tal-volleyball.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

L-ex kap tal-atletika dinjija Lamine Diack, intbagħat ta’ mill-inqas sentejn ħabs f’deċiżjoni li ttieħdet illum mill-Qorti Franċiża. Diack kien akkużat li kien involut f’korruzzjoni ta’ doping ma’ atleti Russi. Diack,…

Atletika. Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġew organizzati l-kampjonati nazzjonali tal-atletika Cavalieri Art Hotel fil-Matthew Micallef St John fil-Marsa fejn kien hemm diversi rekords li nkisru u riżultati individwali prestiġġjużi….

Il-leġġenda mondjali Usain Bolt hu l-aħħar personalità sportiva li ttestja pożittiv għall-coronavirus. L-aħbar ħarġet ftit jiem wara li Bolt kien qed jiċċelebra f’daru għeluq l-34 sena tiegħu. Fil-festin li organizza,…

L-istaġun tal-atletika Maltija, aktarx wieħed mill-itwal u l-aktar iebes fl-istorja riċenti, se jilħaq l-qofol tiegħu fi tmiem il-ġimgħa bil-Kampjonati Nazzjonali Cavalieri Art Hotel għas-sena 2020, organizzati mill-Malta Amateur Athletics Association….

Aktar