Atletika
Atletika: Organizzata b’suċċess l-ewwel edizzjoni tat-tellieqa Evolve 5 Mile

Evolve Endurance Club organizza b’suċċess l-ewwel edizzjoni tat-tellieqa Evolve 5 Mile.

Aktar minn 300 atleta pparteċipaw f’din it-tellieqa, bir-rotta tgħaddi minn għadd ta’ toroq f’Marsascala.

Permezz ta’ din it-tellieqa, il-klabb appoġġja lill-Fondazzjoni Inspire, li tipprovdi għadd ta’ servizzi edukattivi u terapewtiċi lil individwi li għandhom diżabbiltajiet differenti, kif ukoll lill-familji tagħhom.

Kif intemmet it-tellieqa, li bdiet u spiċċat quddiem l-Inspire Foundation, ġiet organizzata wkoll ‘fun run’ ta’ kilometru, li fiha ħadu sehem tfal, adulti u persuni b’diżabilità.

Fi tmiem it-tellieqa, is-Sindku ta’ Marsascala Mario Calleja ppreżenta t-trofej lill-parteċipanti rebbieħa f’kull kategorija.

It-tellieqa ntrebħet mill-atleta Andrew Grech, membru ta’ Evolve Endurance Club, f’ħin ta’ 26 minuta u 34 sekonda waqt li l-ewwel mara li daħlet mill-parteċipanti kollha kienet Marcelle Borg Degiorgio, ukoll membru f’Evolve Endurance Club, li lestiet it-tellieqa f’35 ninuta u 26 sekonda.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

L-ex kap tal-atletika dinjija Lamine Diack, intbagħat ta’ mill-inqas sentejn ħabs f’deċiżjoni li ttieħdet illum mill-Qorti Franċiża. Diack kien akkużat li kien involut f’korruzzjoni ta’ doping ma’ atleti Russi. Diack,…

Atletika. Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġew organizzati l-kampjonati nazzjonali tal-atletika Cavalieri Art Hotel fil-Matthew Micallef St John fil-Marsa fejn kien hemm diversi rekords li nkisru u riżultati individwali prestiġġjużi….

Il-leġġenda mondjali Usain Bolt hu l-aħħar personalità sportiva li ttestja pożittiv għall-coronavirus. L-aħbar ħarġet ftit jiem wara li Bolt kien qed jiċċelebra f’daru għeluq l-34 sena tiegħu. Fil-festin li organizza,…

L-istaġun tal-atletika Maltija, aktarx wieħed mill-itwal u l-aktar iebes fl-istorja riċenti, se jilħaq l-qofol tiegħu fi tmiem il-ġimgħa bil-Kampjonati Nazzjonali Cavalieri Art Hotel għas-sena 2020, organizzati mill-Malta Amateur Athletics Association….

Aktar