Atletika
Atletika – Ruth Chepngetich tikser ir-rekord dinji tan-nofs maratona f’Istanbul

Il-Kenjana Ruth Chepngetich kisret ir-rekord dinji tan-nofs maratona meta f’N Kolay, f’Istanbul, hija għamlet ħin ta’ siegħa, 4 minuti u 2 sekondi. L-atleta ta’ 26 sena, li rebħet l-istess maratona fl-2017 u fl-2019, kellha sprint finali b’saħħitha ħafna u qatgħet għalkollox lill-Etjopjana Yalemzerf Yehualaw li kienet fit-tieni post, tant li qabżitha bi 38 sekonda. Għal Chepngetich din kienet tellieqa memorabbli għaliex irnexxielha tikser ir-rekord dinji b’29 sekonda.

Il-Kenjana qalet li Istanbul hija l-belt tagħha, u kienet kuntenta ħafna li rnexxielha twaqqaf rekord dinji ġdid fil-belt kapitali Torka. Kenjana oħra, Hellen Obiri, daħlet fit-tielet post.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA