International Sports
Atletika: Tinstab mejta l-Kenjana Agnes Tirop

Agnes Tirop, il-Kenjana u World Record Holder tad-distanzi t-twal, instabet mejta fid-dar tagħha.

Il-Pulizija fil-Kenja għandhom suspett qawwi li wara l-mewt tagħha hemm proprju żewġha li għadu ma nstabx minn meta missierha sab il-kadavru ta’ bintu.

Tirop rebħet darbtejn il-Midalja tal-Bronż fil-Kampjonati Dinjija tal-atletika fil-kategorija tal-5,000 metru u spiċċat fir-raba’ post fl-Olimpjadi ta’ Tokjo xahrejn ilu.

Hi kellha 25 sena u nstabet mejta f’għadira demm b’ferita fonda fl-istonku tagħha.

Il-media Kenjana qed tgħid li l-Pulizija elevaw filmati minn caera CCTV fil-viċin u li dan se jkun qed jgħinhom fl-investigazzjoni.

Miktub minn...
TVM Sport