Atletika
Atletika: Tirtira Sally Pearson

Atletika: Iċ-Champion Olimpika tal-100m hurdles l-Awstraljana Sally Pearson ħabbret li irtirat uffiċjalment.

Din l-aħbar ħasdet lil kulħadd 15 -il xahar qabel il-bidu tal-Olimpijadi ta’ Tokyo 2020.

L-Atleta minn Queensland kienet rebħet il-midalja tad-deheb fl-Olimpijadi ta’ Londra tas-sena 2012 u żewġ titli mondjali fl-2011 u fl-2017. F’Londra hi kienet ukoll kisred ir-rekord Olimpiku.

Fis-sena 2015 waqt id-Diamond League f’Ruma kienet waqgħat u soffriet injury kerha fi spallitha li baqgħet ittiha l-problemi sakemm issa ddeċidiet li tirtira għal kollox.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Atletika

Il-kumpanija Nike tinsab f’nofs kontroversja wara li hemm min qed jgħid li ż-żraben Vaporfly qegħdin jagħtu vantaġġ teknoloġiku lil xi atleti waqt il-maratoni. Grupp ta’ persuni tal-World Athletics ilhom għal…

Atletika

L-atleta Għawdxi Charlton Debono jkompli bid-dominju tiegħu fix-xena tal-atletika. Debono bħalissa jinsab fl-aqwa forma tiegħu meta hu rreġistra ħin ta ’30 minuta 48 sekonda fit-tellieqa tal-għaxar kilometri tal-Intersport Three Cities….

Atletika

L-atleta min-Nadur Charlton Debono, għall-ħames sena konsekuttiva rebaħ it-tellieqa Nadur 8k li saret dalgħodu fin-Nadur Għawdex. Din kienet l-aħħar tellieqa għas-sena 2019 fil-kalendarju tal-atletika lokali. Din kienet il-ħames edizzjoni ta’…

Atletika

L-isprinter Ġamajkana u l-aktar mara veloċi fid-dinja Shelly-Ann Fraser-Pryce iddeċidiet li se tkun qed tiġri fil-200 metru wkoll fl-Olimpjadi tas-sajf li ġej f’Tokjo. Dan minbarra li se tkun qed tinddefendi…

Aktar