Atletika
Atletika: Usain Bolt pożittiv għall-coronavirus

Il-leġġenda mondjali Usain Bolt hu l-aħħar personalità sportiva li ttestja pożittiv għall-coronavirus.

L-aħbar ħarġet ftit jiem wara li Bolt kien qed jiċċelebra f’daru għeluq l-34 sena tiegħu.

Fil-festin li organizza, fost ħafna mistiedna kien hemm il-plejer tal-Ingilterra u Manchester City, Raheem Sterling.

L-aħbar ħarġu biha stazzjon tar-radju fil-Ġamajka u qalu li Bolt se jkollu joqgħod 14-il ġurnata kwarantina.

Miktub minn...
TVM Sport