Atletika
Atletika: Usian Bolt jgħid li tard wisq biex jerġa’ jirritorna

It-tmien darbiet Champion Olimpiku, Usain Bolt, qal li issa hu tard wisq biex jagħmel comeback fil-karriera tiegħu iżda ammetta li jinsab imxennaq għar-ritorn fl-isport.

Il-Ġamajkan ta’ 35 sena temm karriera brillanti fl-atletika fl-2017.

Bolt qal li kien qed jikkunsidra jirritorna għall-Olimpijadi ta’ Tokjo iżda l-kowċ tiegħu pperswadih li ma tkunx deċiżjoni tajba.

Bolt qal li meta staqsa lill-kowċ tiegħu għandux jirritorna fit-track, il-kowċ tiegħu qallu li anqas biss għandu jaħseb dwar xi ħaġa bħal din.

Miktub minn...
TVM Sport