International Sports
Attila Valter l-ewwel Ungeriż bil-flokk roża

Fis-sitt stadju tal-Giro d’Italia minn Ancona għal Ascoli Piceno fuq distanza ta’ 160 km suċċess għall-Iżvizzeru Gino Mader li għadda bi ftit sekondi lill-Kolombjan Egan Bernal.

Il-lijder Alessandro DeMarchi ċeda għal kollox f’dan is-sitt stadju fejn spiċċa b’distakk ta’ 24 minuta u 49 sekonda mir-rebbieħ.

Il-Giro issa għandu lijder ġdid u dan huwa l-Ungeriż Attila Valter li sar ukoll l-ewwel Ungeriż fl-istorja takl-Giro li qatt libes il-flokk roża.

Valter għandu vantaġġ ta’ 11-il sekonda fuq il-belġjan Remco Evenepoel u 16-il sekonda quddiem il-Kolombjan Egan Bernal

Il-Giro jkompli l-Ġimgħa bis-seba’ tappa minn Notaresco sa termoli fuq distanza ta’ 181 km.

Miktub minn...
Chris Cassar