Aurelien Cousin mhux se jibqa’ ma’ San Ġiljan, se jtemm il-karriera ma’ Exiles

Il-Player Franċiż b’ċittadinanza Maltija Aurelien Cousin, iddeċida li ma’ jerġax iġedded il-kuntratt mal-Club ta’ San Ġiljan. Aurelien Cousin li f’dawn l-aħħar 3 snin kien player regolari anke fit-team Nazzjonali Malti tal-waterpolo, informa lil Club ta’ San Ġiljan li xtaq li jtemm il-karriera tiegħu mal-ewwel Club li kien ġabu Malta diversi snin ilu jiġifieri Exiles.

TVM Sport jinsab infurmat li minkejja diversi tentattivi mal-player il-Club kellu jċedi għal din id-deċiżjoni personali tal-player. Aurelien Cousin kellu l-kuntratt tiegħu jiskadi proprju fi tmiem dan is-Sajf.  Il-player kien fundamentali matul l-istaġun li għadda sabiex il-Ġiljaniżi jirbħu l-kampjonat u l-kompetizzjoni Knock Out mingħajr telfa waħda.

Il-Player Franċiz hu t tieni player li ħalla liċ-Champions San Ġiljan f’inqas minn ġimgha hekk kif ftit tal-ġranet ilu l gowler Joseph Sammut ħalla lill-ġiljanizi biex ingħaqad ma’ Sliema.

Il-Club awgura kull suċċess lill-player fil-futur tiegħu.

Fir-Ritratt Aurelien Cousin (lemin) jidher mal-President ta’ San Ġiljan l-Avukat Daniel Aquilina.

Miktub minn...
TVM Sport
.