Sport Lokali
Autocross Nhar il-Ħadd f’Ta’ Qali

Nhar il-Ħadd li ġej 27 ta’ Jannar 2019 l-ASMK ser tkompli bl-attivita ta l-istaġun tal-Karozzi mill-Kampjonat Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti Autocross 2018/2019. Din ir-raba attivita ser tibda fl-10:00am u ħa ssir fil-Kumpless Sportiv tal-ASMK f’Ta’ Qali.

Ħarsa lejn is-sitwazzjoni tal-Klassifiki fil-kampjonati Autocross Modified u dik Standard fejn fil-Klassi Modified qed naraw lil Terence Azzopardi fuq Opel Corsa qed fil-kmand tal-klassifika għall-ewwel darba. Azzopardi bħalissa għandu 69 punt segwit min Melo Zammit fuq Opel Corsa b’61 punt. Il-klassifika tkompli turi lil Joseph Micallef fuq Opel Corsa b’59 punt u Ryan Scicluna fuq Ford Fiesta b’58 punt.

Fil-Klassi Standard naraw lil Melvin Buttigieg fuq Citroen AX fuq quddiem f’din il-klassi b’18 il-punt segwit min Kyle Agius fuq Opel Nova b’12 il-punt. L-ordni tkompli turi lill Johann Vella fuq Opel Nova b’11 il-punt u Jerome Peplow fuq Kia Avella u Quinn Camilleri fuq Citroen Saxo it-tnejn għandhom 9 punti kull wieħed.

Intant nhar il-Ħadd li għadda 20 ta’ Jannar 2019, l-Assoċjazzjoni organizzat it-tieni attivita mill-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro 2018/2019. L-attivita saret fil-Barriera fil-Fawwara Limiti tas-Siġġiewi. Għal din l-attivita ħadu sehem 15 il-kompetitur maqsuma f’erba klassijiet fejn għall-ewwel darba saret il-klassi Juniors li fiha jieħdu sehem riders taħt 15 il-sena.

Intant is-sitwazzjoniOverall rajna lil-Bernard Sammut fuq mutur Beta sponsorjat min WotoMoto jkompli jiddomina fl-Enduro. Matul il-kwalifikazzjoni kif ukoll matul iż-żewġ Heats tal-ġurnata Sammut irnexxielu dejjem itejjeb il-ħin tiegħu biex b’hekk Sammut issiġilla t-tieni rebħa tiegħu f’dan il-kampjonat b’ħin ta 9 minuti 0.908 sekondi. Sammut kien segwit min Ian Scicluna fuq mutur KTM b’ħin ta 9 minuti 55.019 sekondi filwaqt li fit-tielet post daħal Matthew Gauci fuq mutur Beta b’ħin ta 9 minuti 55.411 sekondi.

Fir-Rizultati mill-Klassi B rajna lil Krist Falzon fuq mutur Husqvarna jirbaħ din il-klassi b’ħin ta’ 10 minuti 21.886 sekondi segwit min Gabriel Muscat fuq mutur KTM b’ħin 10 minuti 24.642 sekondi. Fit-tielet post spiċċa Aidan Camilleri fuq mutur KTM b’ħin ta’ 10 minuti 33.182 sekondi.

Riżultati mill-Klassi C rajna lil Kyle Stone fuq mutur KTM jirbaħ din il-klassi b’ħin ta’ 12 il-minuta 15.177 sekondi segwit min Kurt Muscat fuq mutur Yamaha b’ħin ta’ 12 il-minuta 33.998 sekondi, filwaqt li fit-tielet post daħal Mario Gatt fuq mutur Honda b’ħin ta’ 18 il-minuta 10.827 sekondi.

Fir-Rizultati mill-Klassi Juniors naraw lil Julian Scicluna fuq mutur Oset jaħdem bl-elettriku jirbaħ din il-klassi b’ħin ta’ 13 il-minuta 40.557 sekondi segwit fit-tieni post min Antoine Muscat fuq mutur KTM b’ħin ta’ 17 il-minuta 35.693 sekondi.
Attivita oħra Enduro ser issir il-Ħadd 17 ta’ Frar 2019 bl-attivita tibda 10.00am.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Ibburdjar

It-tellieqa PVIES Double Handed madwar Malta, ospitata mir-Royal Malta Yacht Club u li seħħet reċentement, kienet mimlija kundizzjonijiet diffiċli ħafna. Hekk kif bdiet it-tellieqa, partikolarment meta l-flotta daret mal-Aħrax, kienet…

Tennis

It-Taljan Fabio Fognini rebaħ l-ewwel titlu tal-Masters f’Monte Carlo, fejn wara li ssorprenda lil kulħadd meta elimina lil Rafa Nadal, fil-finali huwa xejjen l-isfida tas-Serb Dusan Lajovic. It-Taljan ta’ 31…

Aktar