Sport Lokali
Badminton​ Europe tagħzel lil Matthew Abela għal taħriġ fid-Danimarka

Badminton

Il-player tal-Badminton Matthew Abela se jħalli Malta biex jibda esperjenza ġdida fid-Danimarka biex ikun parti miċ-Ċentru ta’ Eċċellenza ta’ Badminton Europe.

Ftit tax-xhur ilu Badminton Europe, li hija il-Federazzjoni tal-Badminton fl-Ewropa nediet inizzjattiva fi sforz biex jinġabru il-plejers Ewropej li għandhom potenzjal f’dan l-isport u jingħataw taħriġ u tmexxija professjonali.

Il-Malti kien wieħed mill-20 plejer li ġew magħżula biex ikun parti minn dan il-proġett.

L-għan aħħari ta’ dan iċ-ċentru huwa dak li jassistu plejers b’potenzjal li ġejjin minn Assoċċjazzjonijiet Ewropej biex tingħatalhom l-opportunita biex ikunu jistgħu itejbu il-livell tal-logħba tagħhom permezz ta’ taħriġ sostenibbli ta’ kwalita għolja biex ikomplu jtejbu l-livell taghhom.

Iċ-Ċentru ta’ Eċċellenza qed jiġi mwaqqaf f’Holbaek, id-Danimarka fejn il-Malti Matthew Abela ser jibda jgħix mill-bidu ta’ Settembru li ġej.

Miktub minn...
Rodney Vassallo