Badminton
Badminton: Iċ-Ċiniż Lin Dan, wieħed mill-aqwa plejers fl-Istorja, iħabbar li rtira mill-karriera tiegħu

Iċ-Ċiniż Lin Dan, wieħed mill-aqwa plejers fl-Istorja ta’ dan l-isport, ħabbar li rtira mill-karriera tiegħu.

Lin Dan rebaħ żewġ Midalji Olimpiċi fl-isport tal-badminton għaċ-Ċina.

Super Dan, hekk kif inhu magħruf mill-partitarji madwar id-dinja, sar l-ewwel plejer fl-Istorja tal-badminton li rebaħ darbtejn konsekuttivi il-Midalja tad-Deheb, f’Barcelona 2008 u Londra 2012.

Lin Dan rebaħ it-titli maġġuri kollha fl-isport tal-badminton li jinkludu sitt darbiet champion tad-dinja bejn l-2006 u l-2013.

Lin Dan, ta’ 37 sena, qal li kellu jieqaf għaliex l-uġigħ f’daru ma ħallihx ikompli bil-karriera b’mod trankwill.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Sport Lokali

Paola BC huma r-rebbieħa tal-Mixed Team League Powered by Victor tal-Badminton, wara sitt rebħiet minn sitta tul dan l-istaġun. Dan hu l-ħames suċċess konsekuttiv għal Paola BC u t-tlettax-il wieħed…

Badminton

Owen Grech ġie kkonfermat bħala President ta’ Badminton Malta għas-sentejn li ġejjin wara li serva bħala President Interim għal dawn l-aħħar xhur. Dan seħħ waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ Badminton…

Badminton

Owen Grech ġie kkonfermat bħala l-President il-ġdid tal-tal-Assoċazzjoni Maltija tal-Badminton għal dawn is-6 xhur li ġejjin sakemm issir AGM oħra f’April tal-2020.  Owen Grech, student tal-Universita ta’ 23 sena minn…

Badminton

It-team tal-Badminton tal-MESA, iffurmat minn Edmond Abela, Jacqueline Degiovanni, Joanne Cassar, Stephen Ferrante, Aldo Polidano, Sandra Spiteri u Kenneth Vella, rebaħ il-midalja tal-fidda fl-aħħar jum tal-World Company Sport Games f’La…

Aktar