Badminton
Badminton: Matthew Abela jirbaħ il-Midalja tal-Bronż

Matthew Abela rebaħ medalja prezzjuża tal-bronż għal Malta fl-avveniment tal-Irġiel Singles f’ turnament Internazzjonali fl-Alġerija 2018.

Dan huwa turnament Internazzjonali fiċ-ċirkwit tal-BWF (Federazzjoni Dinjija tal-Badminton).

Matthew beda konvinċenti ħafna billi għeleb l-Alġerin, Raoufi Lamrani 21-8, 21-9 fl-ewwel rawnd. Franck Ahi, mill-Kosta tal-Avorju, seed nru 3 kienet qed tistenna lil Mattew fit-tieni rawnd, din il-logħba ma kinitx faċli, madankollu Matthew pprepara ruħu tajjeb u kellu logħba konsistenti u solida fejn irnexxielu jegħleb l-avversarju tiegħu 21-9, 21-7.

Din ir-rebħa wasslet lil Mattew fil-finali tal-Erbgħa meta wera rebħa solida oħra kontra Samy Khalid player Alġerin 21-16, 21-11.

Is-semi-finali kienet sejħa iebsa għal Matthew u anki jekk ipproduċa badminton tajjeb u fin kontra l-Marokkini Bilal Elharab, l-esperjenza ta’ Elharab, kellha l-vantaġġ fuq Mattew u rnexxielu jirbaħ post fil-finali 21-16, 21-16.

Din kienet esperjenza tajba għal Abela u għall-badminton f’Malta, fejn Malta kisbet l-ewwel ir-rebħ ta’ medalja tal-bronż fic-cirkuit Dinji, dan ukoll wara l-fidda u l-bronż li diġà ntrebħu minn Sam Cassar u Mark Abela fl-Alġerin Junior International f’Novembru li għadda.

Dan huwa mument pożittiv ħafna għal Matthew għax kien ikkonferma mill-ġdid il-Champion Nazzjonali ta’ Malta għat-tielet darba konsekuttiv u huwa wkoll wieħed mill-finalisti tal-Premji Sportmalta fil-kategorija tal-għażla tal-poplu.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Badminton

It-team tal-Badminton tal-MESA, iffurmat minn Edmond Abela, Jacqueline Degiovanni, Joanne Cassar, Stephen Ferrante, Aldo Polidano, Sandra Spiteri u Kenneth Vella, rebaħ il-midalja tal-fidda fl-aħħar jum tal-World Company Sport Games f’La…

Futbol lokali

L-Aħbarijiet Sportivi tas-Sibt 24 ta’ Marzu

Badminton

Aħbarijiet u riżultati pożittivi jkomplu jaslu għad-dilettanti, players, coaches u l-komunita’ tal-Badminton f’Malta. Din id-darba b’rebħiet mill-koppja tal-Mixed Doubles Sadowski/DeGaetano fl-internazzjonali tal-Bulgarija u Sam Cassar fl-internazzjonali U/17 Slovakk. Fiorella Marie…

Aktar