Futbol internazzjonali
FILMAT: Balzan b’rebħa meritata fuq Tarxien

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Balzan……….3

Tarxien……..1

Balzan jegħlbu lil Tarxien R. 3-1, rebħa li tiġi ssiġilata fl-aħħar battuti tal-partita, Balzan li kollox ma kollox ħadu pero’ rebħa meritata.

Fl-14-il minuta, l-ewwel azzjoni ta’ Balzan, meta x-xutt ta’ Uros Ljubomirac mil-lemin, ballun salvat minn Rudy Briffa, bejn il-lasti ta’ Tarxien R.

Fil-21 minuta, Matthew Tabone ta’ Tarxien R. jwaqqa’ lil Andrija Majdevac fil-kaxxa, bir-referee Mario Apap jordna l-‘penalty’, biex mill-11-il metru, fit-22 minuta l-istess Majdevac jitfa’ fix-xibka, għal Tarxien R. 0-1 Balzan. Fl-24 minuta, Tarxien R. jirrispondu bi kross mil-lemin t’Aleksa Andrejic, pero’ d-daqqa ta’ ras ta’ Stiv Shaba tmur barra għal kollox, biex żewġ minuti wara, Balzan ikollhom xutt t’Arthur Faria minn barra l-kaxxa, ballun jgħaddi barra.

Fl-44 minuta, Balzan b’ċans tajjeb li jirdupjaw, imma Majdevac isib lil Briffa jsalvalu l-ballun minn quddiemu, wara li rċieva mil-lemin minn Uros Ljubomirac, bir-Rainbows jeħilsuha ħafif.

Fit-tieni taqsima, 49 minuta u Brooke Farrugia ikollu x-xutt tiegħu mil-lemin għal Tarxien, ballun li jispiċċa mal-lasti, b’Sean Mintoff bejn il-lasti ta’ Balzan, f’eżitazzjoni sħiha, pero’ Balzan eventwalment jeħilsuha ħafif ħafif.

53 minuta, u r-Rainbows jiksbu l-parita’, meta milll-‘free-kick’ ta’ Thomas Veronese, daqqa ta’ ras ta’ Destin Mambouana, ballun fix-xibka, Tarxien R. 1-1 Balzan.

Fit-62 minuta, Torres Manuel Murillo kellu korner mil-lemin għal Tarxien R., daqqa ta’ ras ta’ Matthew Tabone, ballun ftit għoli.

Pero’ 4 minuti wara, kienu Balzan li marru 2-1 fil-vantaġġ meta Alfred Effiong, li kien għadu kemm jidħol bħala sostitut, jitfa’ fix-xibka b’xutt mill-isbaħ, wara li rċieva mingħand Stefan Dimic, wara li ftit minuti qabel Balzan kienu anke laqtu l-lasti permezz t’Aleksandar Kosoric.

71 minuta, Tarxien R. b’ċans kbir għat-2-2, meta Nevin Portelli jkollu x-xutt tiegħu salvat minn fuq il-linja minn Kosoric ta’ Balzan, wara żball tal-gowlkeeper Balzan. Pero’ 3 minuti wara, Balzan ikollhom ir-risposta bix-xutt ta’ Dimic mix-xellug, wara li jirċievi mingħand Effiong, b’Tarxien imbagħad ibegħdu l-periklu.

Fil-81 minuta, Andrijaa Majdevac ikollu ċans li jagħlaq il-partita għal Balzan, pero mil-lemin jitfa’ biss barra, wara li anke jaqbeż lil Briffa.

Biex fis-86 minuta, Balzan jirnexxilhom eventwalment il-partita, meta l-plejer tal-partita Uros Ljubomirac, il-kross mil-lemin tiegħu, jidħol tajjeb ferm Majdevac u jitfa’ fix-xibka, għal Tarxien R.-Balzan 1-3.

Riżultat finali-Tarxien R. 1-3 Balzan

BOV Plejer tal-Partita-Uros Ljubomirac (Balzan)

Referee:Mario Apap

Tarxien R: R.Briffa, M.Botta, T.Veronese (C), D.Mambouana, M.Murillo Torres, A.Andrejic, G.Camilleri, S.Shaba, N.Portelli, B.Farrugia, M.Gomez

Balzan: S.Mintoff, A.Loof, A.Kosoric, S.Pisani (C), Z.K Grech, U.Ljubomirac, I.Bozovic, R.Scicluna, S.Dimic, A.Machado Faria, A.Majdevac

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

ll-winger tat-tim nazzjonali Ingliz Raheem Sterling tneħħa mill-iskwadra dan wara inċident li seħħ il-bieraħ f’St George’s Park, il-post fejn tiltaqa’ l-iskwadra Ingliża għall-irtir tagħha. Skond rapporti fil-ġurnali Ingliżi Sterling ipprova…

Futbol internazzjonali

Ilbieraħ intlagħbu l-aħħar żewġ kwarti-finali ta’ din il-kompetizzjoni fejn kellna l-kwalifikazzjoni ta’ Franza u l-Brazil għas-semifinali. Franza għelbu lil Spanja bl-iskor konvinċenti ta’ 6-1 filwaqt li fil-logħba l-oħra l-Brażil għelbu…

Futbol internazzjonali

Olanda U17  4   Paragwaj U17  1 L-Olanda fis-semifinali tat-Tazza tad-Dinja taż-żgħażagħ meta fil-kwartifinali xejnu l-isfida tal-Paragwaj u rebħulhom bl-iskor ta’ 4-1. Kien Hoever li fetaħ l-iskor għall-Olandiżi man-nofs siegħa logħob,…

Aktar