Balzan FC bl-ewwel żewġ akkwisti.. Nwoko jingħaqad ma’ Valletta

Michael Johnson, eks-plejer ta’ Luxol St. Andrew’s u Alex De Paixao Alves, eks-plejer ta’ Tarxien Rainbows, huma plejers ta’ Balzan. Fl-aħħar sigħat, il-klabb li spiċċa fit-tieni post tal-Kampjonat BOV Premier fl-istaġun li għadda rreġistra lil dawn iż-żewġ plejers bl-għan li jissaħħaħ għall-kompetizzjoni tal-Europa League u anki għall-istaġun domestiku li ġej.

Michael Johnson kellu staġun mill-aktar pożittiv u l-wirjiet tiegħu għenu lil Luxol biex joħorġu miż-żona tar-relegazzjoni kmieni fl-istaġun u anki possibbilment jisperaw għal xi ħaġa aħjar. Hu ffirma kuntratt ta’ sentejn.

De Paixao kien strumentali fit-tim ta’ Tarxien Rainbows u kemm ilu magħhom wera li hu plejer ta’ stoffa u li jagħmel id-differenza. Hu ffirma kuntratt ta’ sena.

Sadanittant Valletta akkwistaw liż-żagħżugħ Kyrian Nwoko mingħand St. Andrews.

L-attakkant ta’ 19-il sena, iben il-famuż fid-disgħinijiet Chucks Nwoko, ffirma kuntratt ta’ ħames snin mal-klabb Belti.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Żwiemel

KAMPJOANT BOV PREMIER 2018/19 Pietà H……..0 Sliema W….3 Sliema Wanderers rebħu t-tieni logħba li ntlagħbet fis-Centenary Stadium is-Sibt filgħaxija meta għelbu lil Pieta H. bl-iskor ta’ 3-0, biex b’hekk filwaqt…

Futbol internazzjonali

Il-UEFA tat ftit tan-nifs lit-team taljan ta’ AC Milan hekk kif il-Club se jkun qed jingħata ċans itejjeb u jipprova jibbilanċja s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu fis-snin li ġejjin. Il-UEFA permezz tal-kumitat…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Mosta……2 Qormi……0 Mosta kisbu rebħa prezzjuża ta’ 2-0 kontra Qormi sabiex rebħu dan il-konfront dirett tan-naħa t’isfel tal-klassifika. Kienu Mosta li ħolqu l-ewwel okkażjoni ta’ gowl…

Aktar