Balzan FC jikkonfermaw li plejer tagħhom ittestja pożittiv għal COVID-19
Il-Club jgħid li mexa b'responsabbilta' u iżolaw l-individwu mill-ewwel

Il-Club tal-Premier Balzan FC ikkonfermaw li plejer minn tagħhom ittestja pożittiv għal COVID-19. It-test fuq il-plejer sar il-Ġimgħa u r-riżultat kien kommunikat kemm lill-plejer u anke lill-Club. Immedjatament il-plejer tpoġġa f’iżolament.

Meta kkuntatjat minn TVM Sport l-uffiċjal ta’ Balzan Peter Cipriott ikkonferma dan kollu. Hu qal li l-Club tiegħu kien professjonali u serju tant li mill-ewwel ittieħdu l-miżuri neċċessarji u anke ħareġ stqarrija li jikkonfermaw dan kollu minflok jippruvaw jaħbu dan il-fatt li seta’ jwassal għall-alarm bla bżonn. Cipriott qal li Balzan m’għandhomx x’jaħbu u għamlu bħal diversi Clubs professjonali madwar l-ewropa u qabdu u kkonfermaw lil plejer minn tagħhom ittestja pożittiv għal-coronavirus.

Balzan kienu għal dawn l-aħħar jiem għal training camp f’Malta stess u l-plejers u l-istaff tekniku kienu miġbura kollha f’Lukanda ewlenija. Intant il-Club ikkuntatja lill-awtoritajiet tas-Saħħa fejn il-Club ingħata struzzjoni sabiex kull plejer li qed jesperjenza xi tip ta’ sintomi irid jagħmel it-test. Il-Club bħalissa qed jikkordina dawn it-testijiet fuq il-plejers tiegħu.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

Il-kampjonat tal-futbol fiċ-Ċilì ser jirritorna fid-29 t’Awwissu wara li ilu wieqaf minn Marzu li għadda. Skont il-President Ċilen Sebastien Pinera, il-logħob ser jintlagħab fi stadiums vojta u b’miżuri stretti sabiex…

Il-Malta Football Association u l-Aquatic Sports Association appellaw lill-gvern u lill-awtoritajiet tas-saħħa jagħtu linji gwida speċifiċi għall-isport fir-rigward tal-pandemija tal-Covid-19. Fi stqarrija li ħarġu flimkien, l-MFA u l-ASA qed jappellaw…

Is-sewwieq tal-Williams George Russell rebaħ ir-raba’ tellieqa virtwali konsekuttiva tiegħu biex b’hekk rebaħ ukoll il-kampjonat li sar apposta matul il-pandemija tal-Covid-19. Din it-tellieqa kienet l-aħħar waħda qabel tliet ġimgħat oħra…

It-12 ta’ Ġunju 2020. Il-ġurnata li fiha kellu jibda t-tournament tal-Euro 2020. Kieku mhux għall-pandemija Covid-19, bejn illum u t-12 ta’ Lulju, fl-Ewropa kien ser isir spettaklu ta’ futbol f’pajjiżi…

Aktar