Futbol lokali
FILMAT: Balzan fil-finali tal-FA Trophy għat-tieni darba fl-istorja tagħhom

FA.Trophy Semi-final

Balzan FC……………3

Birkirkara FC………2

Gowl ta’ Alfred Effiong fl-aħħar 10 minuti poġġa lil Balzan fil-finali tal-FA.Trophy għat-tieni darba fl-istorja ta’ dan il-Club. Dan wara li rebħu lil Birkirkkara 3-1. Kien f’Mejju tas-sena 2016 li Balzan kienu waslu sal-finali qabel did-darba dakinhar kienu tilfu bil-penalties kontra Sliema Wds.

Wara 8 minuti logħob Balzan marru fil vantaġġ, il-korner mogħti minn Ricardo Correa Duarte u b’daqqa ta’ ras ċentrali Nenad Slijivic  għeleb lil Naumovski. Fl-14 –il minuta Alfred Effiong qassam lil Uros Ljubomirac iżda x-xutt mill viċin ta’ dan ġie mblukkat f’korner mill-goalkeeper Karkariż. Tliett minuti wara xutt angulat ta’ Ricardo Duarte Correa u Naumovski dawwar f’korner. Fil-31 minuta B’kara kisbu d-draw b’gowl mill-isbaħ ta’ Micheal Mifsud li evita lil Slijvic u b’xutt sabiħ minn barra l-kaxxa għeleb għall kollox  lil Sean Mintoff. Fl-40 minuta it-tim karkariż mar fil-vantaġġ, bela l-azzjoni Johann Bezzina li qassam fuq ix-xellug lil Jorge Da Silva Pereira dan ikkrosja għan-nofs daħal Michael Mifsud li mattar saqgħajħ u tefa l-ballun ġewwa u żewġ minuti qabel spiċċat l-ewwel taqsima xutt ċentrali ta’ Carlos Fiori Mendes għadda ftit barra mil-lasti karkariża.

Wara 10 minuti mill-ftuħ tat tieni taqsima Balzan reġgħu daħlu fil-partita, l-free-kick li ngħata minn Carlos Fiori Mendes, daħal mill-ġemb Uros Ljubomirac u mill-viċin għeleb lil Naumovski. Fis-67 minuta wara azzjoni ta’ korner ta’ Fiori Mendes ix-xutt finali ta’ Correa Duarte spiċċa għoli u erba’ minuta wara xutt angulat ieħor ta’ Correa Duarte u Naumovski dawwar f’korner. Fit-80 minuta Ljubomirac seraq il-ballun lil Andelkovic qassam lejn Alfred Effiong li baqa’ javvanza u tefa’ fir-rokna tax-xibka. Fil-ħin miżjud kross tas-sostitut Matthew Guillaumier u daqqa ta’ ras ta’ Luke Montebello ġiet salvata tajjeb minn Mintoff. Referee: Fyodor Zammit.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Manuele Blasi, l-ex plejer tas-Serie u tat-tim nazzjonali Taljan, mil-lum sar il-kowċ ta’ Hamrun Spartans FC. Blasi se jkun qed jibdel lil Giovanni Tedesco li ħalla l-kariga tiegħu biex ingħaqad…

Futbol lokali

Brandon Cassar, Nickolas Paris u Mattia Calleja huma tliet plejers li jiffurmaw parti mill-iskwadra ta’ taħt it-13-il sena ta’ Fgura United F.C. u li għadhom kif esperjenzaw erbat ijiem taħriġ fi Siena, fl-akkademja…

Futbol lokali

Giovanni Tedesco, l-ex kowċ ta’ Hamrun Spartans FC, mil-lum sar kowċ ta’ Gżira United FC. Tedesco ffirma kuntratt ta’ tliet snin li se jorbtu mal-klabb tal-Maroons sal-istaġun 2021/2022. Fi stqarrija…

Futbol lokali

Il-Gozo Football Association temmet uffiċjalment l-istaġun tal-futbol 2018/2019 bl-avveniment anwali tal-GFA Awards 2018 / 2019, fejn l-assoċjazzjoni ħabbret u ppreżentat l-unuri individwali f’diversi kategoriji ta’ kompetizjonijiet tal-futbol Għawdxi.  L-unuri ewlenin…

Aktar