Futbol lokali
Balzan il-Ħamis jilqgħu lil Keshla tal-Ażerbajġan fis-6pm fis-Centenary Stadium
Għada fis-Centenary Stadium fis-6pm Balzan jilqgħu lil Keshla tal-Ażerbajġan.
F’konferenza stampa lejliet id-dwell tal-Ħamis tkellmu l-kowċ ta’ Balzan Marko Micovic, d-direttur sportiv Vlad Simovic u l-captain Steve Bezzina.
Semmew kif it-team ilu għal dawn l-aħħar sitt ġimgħat għaddej bit-taħriġ tiegħu, se jilgħabu kontra avversarji iebsin, madankollu se jagħmlu minn kollox biex jitfgħu warajhom tmiem l-istaġun li għadda mill-aktar negattiv u jkomplu javvanzaw f’din il-kompetizzjoni.
Saret referenza għaċ-ċaqlieq fit-team mill-istaġun li għadda bid-duo ex Ħamrun Spartans, il-goalkeeper Steve Sultana u d-difensur Dale Camilleri, ż-żagħżugħ Neil Frendo mingħand Mosta u Riccardo Correa Duarte mingħand Sliema Wanderers, huma fost l-akkwisti l-ġodda, biex jieħdu post players bħal Clive Brincat, Ryan u Paul Fenech li mill-istaġun li għadda ħallew il-klabb ta’ Balzan.
Fil-konferenza stampa t-tliet kelliema tkellmu ukoll dwar it-training camp li t-team għamel ftit tal-ġimgħat ilu fis-Slovenja, fejn ġie deskritt bħala test pożittiv ħafna b’rebħa 4-2 fuq FC Vardar tal-Maċedonja u telfa ta’ 2-1 kontra l-qawwa tat-team Kroat ta’ Rijeka.
Il-kowċ Micovic ikkonferma li għal-logħba tal-Ħamis fis-Centenary Stadium it-team mhux beħsiebu joqgħod jistenna lill-avversarji, imma l-ħsieb huwa li t-team Malti jagħmel il-logħba jikkreja ċ-ċansijiet, mhux biss jipprova jsib ix-xibka iżda ukoll jikseb riżultat pożittiv li jkun jista’ jieħu miegħu l-Ażerbajġan għal-logħba ta’ ritorn.
Balzan kontra Keshla tal-Ażerbajġan il-Ħamis fis-sitta ta’ filgħaxija fis-Centenary Stadium.
Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

OFFSIDE se jkun programm ġdid dwar il-futbol lokali u aktar, kull Tnejn filgħaxija, wara l-partiti ta’ tmiem il-ġimgħa tal-Kampjonat BOV Premier. OFFSIDE jiddiskuti wkoll dak kollu li jkun għaddej fil-futbol…

Futbol lokali

Football lokali: Il-Club ta’ Valletta FC iffirma l-ftehim mal-investituri mil-Arabja Sawdija li fuqu ż-żewġ naħat kien ilhom jinnegozjaw għal diversi xhur. Il-President ta’ Valletta Football Club Victor Sciriha, kien akkumpanjat…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Floriana……0 Birkirkara…2 F’logħba xotta mill-azzjonijiet Birkirkara akkwistaw tliet punti importanti. L-ewwel azzjoni tal-partita tasal wara għaxar minuti loghob hekk kif pass fi tul Junior Cabral li…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Gżira Utd……..3 Hibernians……2 Gżira jerġgħu jitilgħu jokkupaw l-ewwel post fil-kampjonat premier hekk kif għelbu lil Hibernians 3-2,  bla dubju kienet logħba kumbattuta tul id-90 minuta bi…

Aktar