Futbol lokali
FILMAT: Balzan jirbħu b’faċilita’ kontra Mosta

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Balzan………5

Mosta……….0

Balzan kisbu rebħa komda fuq Mosta meta b’wirja tajba kisbu rebħa konvinċenti bl-iskor ta’ 5-0.

Balzan fetħu l-iskor appena tlett minuti meta Ljubomirac sab lil Dimic bil-player jitfa kross fil-baxxa li sab mill-ġdid lil Ljubomirac li kkonkluda għal ġewwa.

Huwa rduppjaw fl-24 minuta hekk kif il-gowlkeeper Mosti Andreas Vella waqqa lil Majdevac fil-kaxxa bir-referee mill-ewwel jordna l-penalty. Mill-ħdax il-metru Majdevac laqat il-mimduda iżda minkejja dan kien hemm Augustine Loof li bir-ras ikkonkluda għal ġewwa.

Balzan issa bdew jikkontrollaw il-partita u erba’ minuti min tmiem l-ewwel taqsima kien Ricardo Correa li b’pass perfett sab lil Andrija Majdevac bix-xutt fil-baxxa tiegħu jsib ir-rokna tax-xibka.

Fit-tieni taqsima Balzan komplew jiddominaw biex skurjaw żewġ gowls oħra. Fid-79 minuta huma ngħataw it-tieni penalty dan wara li Tyrone Farrugia ġie aġġudikat li waqqa lil Ljubomirac biex mill-ħdax il-metru din id-darba Andrija Majdevac ma’ żbaljax. U ħames minuti mit-tmiem wasal il-ħames gowl minn Ricardo Correa wara pass preċiż ta’ Ryan Scicluna.

Balzan :   K. Naumovski, A. Loof, A. Kosoric, S. Pisani, S. Bezzina, M. Johnson, P. Fenech (M. Grima 83’), U. Ljubomirac, S. Dimic (R.Scicluna 76’) , R. Correa Duarte, A. Majdevac

Mosta :   A. Vella, A. Roach, W. Gomes, D. Xuereb, M. Jallow (D. Bonnici 77’), J. Diouf, T. Farrugia, D. Brown, L. Villareal, M. Muchardi (K. Gatt 89’), C. Grech (Z. Grech 45’)

Referee:  Slobodan Petrovic

BOV Player tal-Logħba:  Andrija Majdevac (Balzan).

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Senglea A…..2 St Lucia……..5 L-ewwel azzjoni tal-partita tara lil Santa Lucia imorru fil-vantaġġ meta freekick ta’ Jamie Zerafa bil-ballun fuq ras Bohrer li tefa’ lejn Corriea…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER Birkirkara …………………2 Hibernians…………………1 Birkirkara komplew bir-riżultati pożittivi tagħhom meta f’logħba ferm mistennija huma għelbu lil Hibernians bl-iskor ta’ 2-1. Birkirkara kien għadhom kemm ġabru 14-il punt fl-aħħar…

Futbol lokali

Kampjonat BOV Premier 2019/20 Gudja….0 Balzan…2 Balzan jitilgħu jokkupaw is-7 post tal-klassifika hekk kif irnexxilhom jirbħu lit-team ta’ Gudja. L-ewwel azzjoni tal-partita tasal mas-6 minuti logħob meta pass ta’ Winchester…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Mosta……..2 Ħamrun S…1 Fl-ewwel logħba tas-Sibt fl-Istadium Nazzjonali, Mosta għelbu lil Ħamrun Spartans 2-1, biex b’hekk ħadu rebħa wara żewġ telfiet konsekuttivi. Għal Ciaramella din kienet…

Aktar