Futbol lokali
FILMAT: Balzan jirbħu l-FA Trophy għall-ewwel darba fl-istorja tal-football Malti

Finali FA Trophy 2018/19

Balzan…….2

Valletta……2

(Balzan jirbħu 5-4 (9-8) wara l-penalties)

Wara biss 30 sekonda logħob xutt mid-distanza ta’ Ivan Bozovic u Henry Bonello bl-għajnuna ta’ sħabu dawwar il-ballun f’korner. Mill-listess korner li ngħata minn Correa Duarte d-daqqa ta’ ras ta’ Alfred Effiong ġiet salvata b’diffikulta’ minn Bonello. Fit-8 minuta Balzan marru fil-vantaġġ, żball ta’ Rowen Muscat f’nofs il-ground Ljubomirac qassam lejn Alfred Effiong li għalkemm kien issikat minn Steve Borg, b’xutt fil-baxx għeleb lil Bonello. Fit-38 minuta pass ta’ Mario Fontanella lejn Kyrian Nwoko iżda xutt finali ta’ dan jaħbat max-xibka min barra sabiex żewġ minuti wara Valletta kisbu l-gowl tad-dro meta Ibrahim Saleh kompla lejn Pena Beltre, dan qabeż lil Steve Bezzina u b’xutt b’saħħtu għeleb lil Sean Mintoff. Fit-42 minuta Balzan reġgħu marru fil-vantaġġ b’gowl kontroversjali li qajjam ħafna protesti mit-tim tal-Belt, Steve Pisani ixxuttja fil-baxx il-ballun wasal għand Alfred Effiong li deher li kien f’pożizzjoni ta’ offside pero’ r-referee Mario Apap ikkonvalida l-gowl fost protesti kbar mill-players u partitarji beltin.

Wara tlett minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, korner għal Valletta li ngħata minn Mario Fontanella u daqqa ta’ ras ta’ Santiago Malano tgħaddi ftit barra mill-lasti ta’ Balzan. Fil-51 minuta pass ta’ Kaljevic lejn Fontanella li baqa’ javvanza iżda x-xutt tiegħu ġie mblukkat minn Mintoff. Fis-56 minuta l-kross ta’ Pena Beltre, Fontanella kompla lejn Bojan kaljevic li xxuttja ftit barra. Fit-72 Valletta kisbu l-gowl tad-dro, il-free-kick tas-sostitut Bogdan Gavrila ma kienx miżmun minn Sean Mintoff, daħal fuq il-ballun Pena Beltre li mill-viċin spara ġewwa. Fis-86 minuta wara azzjoni ta’ free-kick ta’ Gavrila x-xutt finali ta’ Santiago Malano spiċċa barra u fid-90 minuta kross mil-lemin ta’ Mario Fontanella u daqqa ta’ ras ta’ Kyrian Nwoko ġiet salvata minn Mintoff.

Fil-95 minuta Balzan reġgħuw marru fil vantaġġ, free-kick li ngħata minn Steve Pisani l-ballun spiċċa għand Alfred Effiong li minn taħt Bonello ma falliex. Ftit minuta wara il-cross-shot ta’ Effiong il-ballun ħabat ma’ Pena Beltre u kien sa jispiċċa ġewwa pero’ salva fil-pront Bonello. Fil-104 minuti Balzan aċċertaw dan is-suċċess, wara kross mil-lemin ta’ Ivan Bosovic għola tajjeb Alfred Effiong u b’daqqa ta’ ras ċentrali għeleb lil Bonello. Fil-115 minuta Valletta naqqsu l-iskor minn penalty meta Correa Duarte waqqa fil- kaxxa lil Pena Beltre u mil 11 -il metru Mario Fontanella għeleb lil Sean Mintoff. Ftit wara Valletta spiċċaw il-partita b’10 players wara li tkeċċa Bogdan Gavrila u fil-119 il-minuta Valletta reġgħu kisbu l-gowl tad-dro, l-kross ta’ Joseph Zerafa u Rowen Muscat bir-ras illobja l-ballun ġewwa.

Il-penalties….

Santiago Malano ( Valletta)..skorja.

Alex Kosoric (Balzan )..skorja.

Nicholas Pulis ( Valletta)..laqa l-ballun Mintoff.

Nenad Slijvic (Balzan)…skorja.

Mario Fontanella ( Valletta)..skorja.

Uros Ljubomirac (Balzan )….skorja.

Jean Borg (Valletta)..skorja

Andrija Majdevac ( Balzan )…skorja.

Rowen Muscat (Valletta) …skorja

Alfred Effiong ( Balzan)…skorja.

Wara l-partita saret il-preżentazzjoni tal-FA Trophy mill-President ta’ MFA Norman Darmanin Demajo lill-captain ta’ Balzan Steve Bezzina.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Enrico Pepe, l-ex fidensur ta’ Floriana u Hamrun Spartans, mil-lum sar plejer ta’ Birkirkara. Id-difensur Taljan iffirma kuntratt ta’ tliet snin. Pepe hu wieħed mill-aqwa difensuri li hawn fil-futbol Malti….

Futbol lokali

It-tliet Viċi Presidenti attwali tal-Malta Football Association reġgħu ġew nominati mill-klabbs u l-Assoċjazzjonijiet Membri biex jikkontestaw l-elezzjoni li se ssir fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-20 ta’ Lulju. TVM Sport jinsab infurmat…

Futbol lokali

Alfonso Greco, il-kowċ Taljan li fil-passat kien diġà f’Malta, se jirritorna ma’ Sliema Wanderers. Greco mistenni jasal f’Malta matul din il-ġimgħa. Greco, ta’ 51 sena, se jkun qed jieħu post…

Aktar