BOV Premier League 2021/22
Balzan jirbħu lil Ħamrun biex b’hekk jilħqu lil Valletta u Floriana fil-klassifika

KAMPJONAT BOV PREMIER 2021/22

ĦAMRUN SPARTANS…….. 0 

BALZAN …………………………1

F’logħba ferm kumbatutta, Balzan għelbu lil Ħamrun b’gowl wieħed li jasal fl-ewwel taqsima.

Wara li fl-ewwel għoxrin minuta logħob iż-żewġ timijiet studjaw sew lil xulxin, l-ewwel azzjoni perikoluża tasal min-naħa ta’ Balzan fil-25 minuta min-naħa ta’ Balzan hekk kif Da Paixao iqassam tajjeb lil Duric, b’dan tal-aħħar jixxutja u Henry Bonello jilqa’ b’diffikulta’ u jdawwar f’korner. Fit-29 minuta jinfetaħ l-iskor, wara li r-referi ordna freekick minn barra l-kaxxa favur Balzan, jinkariga ruħu Milan Duric u b’freekick mill-isbaħ jegħleb għal kollox lil Bonello wara li l-ballun ħabat mal-lasta l-wieqfa. 4 minuti Ħamrun itellgħu attakk u b’kross ta’ Luke Gambin, id-daqqa ta’ ras ta’ Sasere tgħaddi ftit barra. Jerġgħu ikunu perikolużi Balzan fil-41 minuta bix-xutt tal-awtur tal-gowl Duric jgħaddi ftit barra.

Mal-ftuħ tat-tieni taqsima l-Ispartans ħarġu biex jiksbu il-gowl tad-draw pero’ Balzan baqgħu jiddefendu tajjeb. Fit-53 minuta Sasere jiprova x-xutt tiegħu bil-konklużjoni tiegħu tkun milqugħa tajjeb minn Vranes. Ir-referi ordna penalty favur Balzan fid-59 minuta wara li Gojkovic  waqqa’ lil Zlatkovic, jinkariga ruħu Kaljevic pero’ jitfgħu barra u jonqos milli jirdoppja. F’ kontra attakk veloċi fit-89 minuta. Duric iqassam Da Paixao pero’ Bonello jilqa’ tajjeb il-konklużjoni. B’7 minuti ta’ ħin miżjud, fit-2 minuta Da Paixao jaħrab bil-ballun, jipprova x-xutt b’Bonello ixellfu u jaħbat mal-minduda.

B’dan ir-riżultat Balzan iżidu tliet punti mat-tlieta li diġa’ li kellhom biex b’hekk għandhom punti daqs Floriana u anke Valletta.

Referee –  Emanuel Grech

BOV Player tal-Logħba –   Milan Duric (Balzan)

Formazzjonijiet:

Ħamrun  H. Bonello, D. Gojkovic, J. Mbong, A. Dos Santos Soares, F. Sasere, L. Gambin, P. Dordevic (A. Oyama 46’), K. Micallef (L. Soufiane 63’), T. Isaac Ntow (D. Borg 63’), C. Dielna (C. Mercieca 75’), E. Marcellina

Balzan    V. Vranes, A. Loof, S. Arab, M. Grima, M. Duric, P. Fenech (G. Camilleri 76’), A. Da Paixao, M. Johnson, M. Zlatkovic (S. Cipriott 68’), M. Mijic, B. Kaljevic (A. Andrejic 78’)

Miktub minn...
TVM Sport
.