Futbol lokali
Balzan jirreġistraw it-tieni rebħa tal-istaġun b’rebħa fuq il-ġirien

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

Balzan FC……1

Lija A. FC…….0

Tasal it-tieni rebħa ta’ Balzan fil-Kampjonat BOV Premier meta did-darba għelbu lill-ġirien Lija Athletic fid-derby taċ-ċentru. Għal Lija din kienet it-tieni telfa minn erba’ logħbiet.

Mal-ewwel azzjoni tal-logħba għalihom Balzan fetħu l-iskor. Kien fit-23 minuta meta Moussa Kamara minn qagħda angolata xxuttja fil-baxx u għeleb lil Bonnici għal 1-0. Fis-36 minuta għal darb’oħra Balzan, did-darba permezz ta’ Mc Woods li iżda x-xutt tiegħu kien milqugħ minn Bonnici.

Fis-70 minuta Lija fallew ċans tad-deheb, meta mill-freekick, il-ballun wasal għand Micallef li minn taħt il-lasta tefa’ għoli bil-goalkeeper megħlub. Risposta minn Balzan fit-78 minuta meta Jalu ra l-konklużjoni tiegħu tgħaddi ftit barra. Fis-87 minuta kellu jkun save tajjeb ta’ Bonnici li dawwar f’corner il-ballun ta’ Mc Woods.

Riżultat finali: Balzan FC 1   Lija A. FC 0

Referee: Glen Tonna

BOV Player tal-Logħba: Moussa Kamara ta’ Balzan

Formazzjonijiet:

Balzan FC – Sean Mintoff (GK), Augustine Loof, Samir Arab, Paul Fenech, Eric Lemond Mc Woods, Steven Pisani, Steven Bezzina (c) (Michael David Johnson), Uros Ljubomirac, Suleiman Jalu (Alfred Effiong 78 min), Weverton Gomes Souza, Moussa Kamara

Lija A. FC – Luke Bonnici (GK)(c), Carl Joseph Cassar, Daniel Scerri (Ryan Dalli 70 min), Erjon Beu, Neil Micallef, Fernando Javier Brandan, Ryan Darmanin, Juan Cruz Gill, Clayton Giordimania, André White, Valdo Goncalves Alhinho

Miktub minn...
TVM Sport
.