Basketball
Barack Obama jingħaqad mal-NBA Africa

L-ex President Amerikan Barack Obama ngħaqad mal-NBA Africa bħala sieħeb strateġiku sabiex tiżdied ir-responsabbilità soċjali fil-kontinent Afrikan.

Skont l-Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Basketball Amerikan, Obama ser ikollu sehem żgħir f’din l-avventura ġdida, u l-ħsieb hu li fil-futur ikunu introdotti programmi ta’ tmexxija għaż-żgħażagħ mill-Fondazzjoni Obama.

L-ex President Obama qal li hemm bżonn investiment qawwi fil-komunitajiet Afrikani, fejn tkun imħeġġa l-ugwaljanza tal-ġeneru, filwaqt li tkun ikkultivata l-imħabba lejn il-basketball.

Il-kampjonat tal-basketball Amerikan għandu diversi plejers Afrikani jilagħbu fih, u fl-istaġun 2020/21 kien hemm 14-il plejer minn dan il-kontinent.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA