Futbol internazzjonali
Barcelona – Atletico Madrid: Għada indikazzjoni qawwija ’l fejn sejjer it-titlu fi Spanja

Kollox jinsab lest biex għada tintlagħab il-partitissima fin-Nou Camp bejn Barcelona u Atleitco Madrid.

Il-partita se tagħti indikazzjoni qawwija ‘l fejn sejjer it-titlu u tibda fl-16.15.

Fil-konferenzi tal-lum, iż-żewġ kowċis rispettivi qalu li l-pjan għal din il-partita hu wieħed prudenti fejn se jagħmlu minn kollox biex jieħdu t-tliet punti.

Diego Simeone qal li m’għandux xi pjan speċjali ħlief dak li jrid jara lit-tim tiegħu jilgħab futbol konvinċenti kif għamel matul l-istaġun kollu.

Il-kowċ ta’ Barcelona Ronald Koeman, qal li fil-bidu tal-istaġun, ħadd fit-tim tiegħu ma basar li kienu se jaslu s’hawn b’ċans tajjeb li jirbħu t-titlu jekk jirbħu din il-partita.

Atletico Madrid jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika b’76 punt wara 34 partita. Bl-istess ammont ta’ partiti, Barcelona għandhom 74 punt.

Rebħa għall-Katalani tfisser li jaqbżu lill-istess Atletico Madrid f’ras il-klassifika b’punt wieħed, bi tliet partiti li jkun jonqos x’jintlagħbu.

Miktub minn...
TVM Sport