Futbol internazzjonali
Barcelona fil-quċċata tal-aktar klabb li jħallas…medja ta’ 12.18 miljun dollaru fis-sena lil kull plejer

Barcelona jinsabu fil-quċċata tal-klabbs Ewropej li għandhom l-aktar salarji għoljien, medja ta’ 12.18 miljun dollaru fis-sena lil kull plejer.

Is-sit SafeBettingSites.com ħarġu b’din l-informazzjoni lbieraħ u qalu li fid-dinja hawn tliet klabbs biss li għandhom medja ta’ aktar minn 10 miljun dollaru salarji lil kull plejer.

Iż-żewġ klabbs l-oħra huma Real Madrid u Juventus.

Dan mhux biss. Skont Deloitte Football Money League 2020, Barcelona kellhom revenue rekord fl-istaġun 2018/19 ta’ kważi 960 miljun dollaru

Real Madrid għandhom l-akbar brand tal-klabb tagħhom madwar id-dinja u għandhom medja ta’ 11.15 miljuni f’salarji lil kull plejer tagħhom.

Juventus għandhom medja ta’ 10.11 miljun dollaru f’salarji lil kull plejer tagħhom.

L-ewwel tim fl-Ingilterra u r-raba’ tim fil-lista huwa Manchester City li għandhom medja ta’ 9.15 miljun dollaru f’salarji lil kull plejer segwiti minn Paris St Germain fi Franza u Bayern Munich fil-Ġermanja fis-sitt post.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Futbol tan-Nisa: It-Tlieta t-tim Nazzjonali Malti tal-futbol jkun impenjat f’logħba fis-Centenary Stadium kontra d-Danimarka logħba valida minn Grupp B ta’ kwalifikazzjoni għall-UEFA Women’s EURO 2022. In-nukleu ta’ plejers imsejħa għal…

Fil-partita li ntlagħbet kmieni fin-12.30pm, Napoli jegħlbu barra minn darhom lil Parma bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima tintemm mingħajr gowls. Napoli jiftħu l-iskor minn Dries Mertens fit-63 minuta. Lorenzo…

Liverpool jirbħu fi Stambfoird Bridge kontra Chelsea bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima li ntemmet mingħajr gowls imma fil-50 minuta r-Reds fil-vantaġġ b’gowl ta’ Sadio Mane. L-istess plejer irdoppa għal…

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa, Mark Gatt, sejjaħ skwadra ta’ 20 plejer għall-partita li Malta trid tilgħab kontra d-Danimarka, it-Tlieta li ġej. Il-partita hi valida mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonati Ewropew…

Aktar