Futbol internazzjonali
Barcelona jiffirmaw liż-żagħżugħ Frenkie de Jong għas-somma globali ta’ €86 miljun

Barcelona akkwistaw liż-żagħżugħ Olandiż Frenkie de Jong mingħand it-tim t’Ajax għas-somma ta’ €86 miljun. De Jong ser ikun qiegħed jingħaqad mat-tim Katalan fi tmiem dan l-istaġun, bil-plejer ta’ 21 sena ser jiffirma ħames snin kuntratt, fejn Ajax l-ewwel ser jirċievu €75 miljun, bi €11-il miljun oħra jkunu permezz ta’ żidiet.

Jidher li kemm PSG u anke Manchester City kienu interessati f’dan il-plejer ta’ nofs il-grawnd, li ġibed ħafna interess fuqu matul dan l-istaġun wara l-logħob tiegħu mat-tim t’Ajax. De Jong beda l-karriera tiegħu mat-tim ta’ Willem II u ngħaqad m’Ajax fl-2015 u kien strumentali sabiex fl-2017 it-tim tiegħu wasal sal-finali tal-UEFA Europa League meta dakinhar kienu tilfu kontra Manchester United.

De Jong huwa r-raba’ plejer li ffirma ma’ Barcelona f’dan is-suq tat-trasferimenti, wara li ftit tas-sigħat ilu waslu fil-Bernabeu Jeison Murillo u Kevin-Prince Boateng b’self. Barra dawn, il-klabb kien ħabbar ukoll li Jean-Clair Todibo kien ser jingħaqad mat-tim fi tmiem l-istaġun mingħand it-tim Franċiż ta’ Toulouse.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Ilbieraħ intlagħbu diversi partiti minn madwar l-Ewropa mill-gruppi rispettivi tal-UEFA. Minn Grupp J, rebħa oħra konvinċenti għall-Italja kontra l-Greċja bi skor ta’ 2-0, li issa għaluhom seba’ rebħiet minn seba’…

Futbol internazzjonali

Malta….0 Żvezja…4   Tlettax minn tlettax għall-Iżvediżi kontra l-Maltin, wara li fl-Istadium Nazzjonali s-Sibt filgħaxija, Malta tilfet bl-iskor ta’ 4-0 kontra l-Iżvezja. Tlettax-il konfront li fihom l-Iżvediżi dejjem ħarġu rebbieħa…

Futbol internazzjonali

Il-plejer ta’ Barcelona u tal-Arġentina Lionel Messi attenda fiċ-Cirque du Soleil għal spettaklu dwar ħajtu bl-isem ta’ “Messi 10”. Dan l-ispettaklu kien dwar l-istorja ta’ ħajjet l-istilla Arġentina, minn meta…

Futbol lokali

Claudio Marchisio, l-ex plejer ta’ Juventus u tat-tim nazzjonali tal-Italja, jinsab f’Malta fuq stedina tal-Juventus Club Cuore Bianconero. U filwaqt li jinsab hawn biex jiltaqa’ mal-Juventini Maltin, ma naqasx milli…

Aktar