Futbol internazzjonali
Barcelona jkeċċu lil Valverde u jaħtru lil Setien ftit minuti wara

Barcelona keċċew lill-kowċ Ernesto Valverde u ftit tal-minuti wara ħabbru li Quique Setien huwa l-kowċ il-ġdid tagħhom. Skont stqarrija mill-klabb Katalan, Setien iffirma kuntratt ta’ sentejn u nofs, sal-aħħar ta’ Ġunju 2022. It-tkeċċija ta’ Valverde, għalkemm kienet mistennija, xorta waħda kienet pjuttost sorprendenti minħabba li fit-tmexxija tiegħu Barcelona rebħu La Liga fl-2018 u l-2019 u bħalissa jinsabu fil-quċċata tal-klassifika. Biss jidher li l-wirjiet tat-tim xejn ma’ kienu qegħdin jogħġbu lid-diriġenti, u t-telfa fis-semifinali tas-Super Cup Spanjola kontra Atlético Madrid kienet iċ-ċirasa fuq il-kejk biex Valverde jitkeċċa.

Mhijiex prassi normali għal Barcelona li jkeċċu kowċ f’nofs staġun, tant li każ simili seħħ f’Jannar tal-2003 meta dakinhar kien tkeċċa Louis Van Gaal bit-tim ikun fit-12-il post tal-klassifika. L-ewwel preferenza ta’ Barcelona biex jieħu post Valverde kien l-ex plejer Xavi, imma dan m’aċċettax li jingħaqad issa magħhom u talab li jistennew sa Ġunju li ġej. Il-Katalani ma kenux lesti jistennew, u għalkemm bħalissa jinsabu fl-ewwel post ta’ La Liga u fir-Round tas-16 taċ-Champions League, xorta riedu jeħilsu minn Valverde malajr kemm jista’ jkun.

Quique Setien għandu 61 sena u fl-istaġun li għadda kien kowċ ta’ Real Betis. Huwa kien ħalla l-klabb fi tmiem l-istaġun bi ftehim mad-diriġenti wara li Real Betis spiċċaw fl-10 post. Setien kien jilgħab m’Atlético Madrid u Racing Santander fil-karriera tiegħu.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Id-difensur Spanjol Alvaro Odriozola ngħaqad ma’ Bayern Munich b’self mingħand Real Madrid. Id-difensur li fil-karriera tiegħu lagħab anke ma’ Real Sociedad, ingħaqad maċ-champions Ġermaniżi wara li ma tantx qiegħed isib…

Futbol internazzjonali

Leicester City 4   West Ham 1 Leicester City żammew il-pass ma’ Manchester City fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika tal-Premier Ingliż meta fil-King Power Stadium għelbu lil West Ham 4-1. Leicester fetħu…

Futbol internazzjonali

Juventus 3   Roma 1 Juventus għaddew għas-semifinali tal-Coppa Italia meta rebħu lil Roma 3-1, bil-plejers Juventini jiskurjaw l-erba’ gowls tal-logħba. Kien Cristiano Ronaldo li fetaħ l-iskor fis-26 minuta wara li…

Futbol internazzjonali

Il-plejers, managment, staff u partitarji taw tislima lill-plejer Emiliano Sala, f’ċerimonja kommemorattiva, sena mill-mewt tiegħu, fil-Katidral ta’ San David f’Cardiff. Sala kien miet f’inċident traġiku tal-ajru fil-21 ta’ Jannar meta…

Aktar