Futbol internazzjonali
Barcelona jnaqqsu 30% mis-salarji tal-plejers u l-istaff sakemm Spanja tibqa’ f’lockdown

Barcelona qed jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex inaqqsu l-pagi tal-plejers u tal-istaff minħabba s-sitwazzjoni ekonomika fil-pajjiż b’riżultat tal-imxija tal-coronavirus. L-ewwel ħsieb tat-tmexxija ta’ Barcelona kien li l-pagi tal-plejers u l-istaff jitnaqqsu b’70%, imma jidher li l-plejers m’aċċettawx dan l-arranġament. Wara diskussjonijiet ma’ diversi plejers, fosthom Lionel Messi, Gerard Pique u Sergio Busquets, ġie deċiż li titnaqqas 30% mill-paga li huma jieħdu.

Spanja ilha f’lockdown sa mill-14 ta’ Marzu, u dan il-perjodu li kellu jdum ħmistax mistenni li jkun estiż wara li s-sitwazzjoni fil-pajjiż kompliet tiggrava minflok marret għall-aħjar. Spanja hija t-tieni l-aktar pajjiż milqut ħażin mill-pandemija tal-coronavirus, fejn s’issa kważi 58,000 persuna ttestjaw pożittiv filwaqt li 4,365 tilfu ħajjithom.

It-tmexxija ta’ Barcelona ħabbret ukoll li l-faċilitajiet tal-klabb u faċilitajiet oħra kienu għad-diżposizzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa tal-gvern reġjonali Katalan.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-UEFA ħeġġet lill-Assoċjazzjonijiet Ewropej biex ma jipposponux il-kampjonati tagħhom wara li l-uffiċjali ħabbru li l-pjan hu li l-futbol jerġa’ jibda f’Lulju li ġej. Il-UEFA, il-European Club Association u l-European Leagues…

Futbol internazzjonali

Bayern Munich immultaw lid-difensur Jerome Boateng talli ħareġ mill-belt ta’ Munich biex imur jara lil ibnu li jinsab ma jiflaħx. Boateng kiser il-Liġi tal-lockdown li bħalissa hemm fil-Ġermanja. Fi stqarrija,…

Futbol internazzjonali

Il-plejers tal-futbol tal-Premier League għandhom jaqblu dwar tnaqqis fis-salarju. Dan qalu Matt Hancock, is-Segretarju tas-Saħħa fl-Ingilterra. Hancock qal dan fiż-żmien li l-coronavirus waqqaf il-futbol fl-Ewropa kollha u mhux biss fl-Ingilterra….

Futbol internazzjonali

Filwaqt li l-futbol madwar l-Ewropa jinsab wieqaf minħabba l-pandemija tal-coronavirus, ħafna pajjiżi qed jiffukaw li jkomplu l-kampjonati domestiċi tagħhom matul Lulju u Awwissu. Il-UEFA ħeġġet lill-assoċjazzjonijiet membri fi ħdanha sabiex…

Aktar