Barclays Premier League – is-6 telfa fil-kampjonat għal Liverpool, u rebħa fid-90 minuta għal Spurs

Barclays Premier League

Crystal Palace – Liverpool 3 – 1

Ikompli l-istaġun diżappuntanti għal Liverpool, tasal is-sitt telfa fil-kampjonat, wara li sfaw megħluba 3-1 f’Londra għand Crysal Palace.

Reds fil-vantaġġ minn Rickie Lambert, qabel tliet gowls għal Palace minn Dwight Gayle, Joe Ledley u Mile Jedinak.

Hull City – Tottenham H 1 – 2

Fil-logħba l-oħra rebħa oħra fl-aħħar ħinijiet barra minn darhom għal Tottenham li għelbu lil Hull City bl-iskor ta’ 2-1.

Hull fil-vantaġġ mill-eks tal-partita Jake Livermore fit-tmien minuta, mas-siegħa logħob il-plejer fil-forma Harry Kane kiseb id-draw, qabel il-gowl tar-rebħa għal Spurs lejn it-tmiem, eżattament fid-disgħin minuta, b’xutt minn tarf il-kaxxa tad-Daniż Christian Eriksen.

It-Tnejn jilagħbu – Aston Villa – Southampton (9pm)

Klassifika – Chelsea 32, Southampton 25, Man City 24, Newcastle 19, Man United 19, West Ham 18, Swansea 18, Arsenal 17, Tottenham 17, Everton 17, Stoke 15, Liverpool 14, West Brom 13, Sunderland 13, Crystal Palace 12, Hull 11, Aston Villa 11, Burnley 10, Leicester 10, QPR 8.

Miktub minn...
Rodney Vassallo