Barclays Premier League – rebħiet kbar għaż-żewġ timijiet ta’ Manchester

Barclays Premier League

Man. City – Southampton 4-1

Aston Villa – Fulham 1-2

Cardiff – Crystal Palace 0-3

Hull – Swansea 1-0

Newcastle – Man. Utd 0-4

Norwich – West Brom 0-1

Chelsea – Stoke 3-0

Klassifika – Chelsea 72, Liverpool 71, Man City 70, Chelsea 72, Arsenal 64, Everton 60, Man United 57,Tottenham 56, Southampton 48, Newcastle 46, Stoke 40, West Ham 37, Hull 36, Crystal Palace 34, Aston Villa 34, Swansea 33, Norwich 32, West Brom 32, Fulham 27, Cardiff 26,Sunderland 25

Manchester City reġgħu qabżu temporanjament fil-quċċata tal-klassifika wara li għelbu lil Southampton bl-iskor ta’ 4-1.

Partita deċiża fl-ewwel taqsima, fejn kien penalti ta’ Yaya Toure li ta vantaġġ kmieni lic-City qabel ma s-Saints ġabu d-draw temporanju minn penalti ieħor skurjat minn Rickie Lambert fis-sebgħa u tletin minuta.

Manchester City aċċertaw ruħhom mit-tliet punti b’żewġ gowls fi ftit sekondi qabel il-mistrieħ minn Samir Nasri u Eden Dzeko, qabel ma l-eks Fiorentina Stevan Jovetic ssiġilla r-rebħa għat-tim tal-manager Manuel Pellegrini lejn tmiem il-partita.

Rebħa kbira ukoll għal Manchester United li f’St James’s Park iddominaw u għelbu lil Newcastle bl-iskor ta’ 4-0.

Eroj għar-Red Devils l-Ispanjol Juan Mata awtur ta’ doppjetta, bil-gowls l-oħra għal Manchester United immexxija minn David Moyes jaslu minn Chicarito u Adnan Januzaj lejn it-tmiem.

Fulham inqalgħu minn qiegħ il-klassifika wara rebħa ta’ 2-1 għand Aston Villa, pass importanti ghal Crystal Palace u West Brom fil-ġlieda kontra r-relegazzjoni.

Il-Palace kważi kkundanaw lil Cardiff wara li għelbuhom 3-0, waqt li barra minn darhom ukoll, West Brom għelbu lil Norwich City.

U gowl ta’ George Boyd fl-ewwel taqsima kien biżejjed biex Hull City, ixxamplati f’nofs il-klassifika għelbu lil Swansea City.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-ħolma li xi darba ż-żewġ stilel kbar tal-futbol jilagħbu flimkien fl-istess tim, spiċċat qabel ma biss kienet bdiet. Ftit tal-jiem ilu bdew iduru spekulazzjonijiet li Barcelona kienu interessati jakkwistaw lil…

Futbol internazzjonali

Il-klabb Amerikan Inter Miami ffirmaw lil Blaise Matuidi wara li dan ħalla lil Juventus ftit tal-jiem ilu. It-tim mill-Major League Soccer ma ħallsu xejn għas-servizzi tal-Franċiż li fil-passat rebaħ it-Tazza…

Futbol internazzjonali

Barcelona – Bayern Munich Illejla jkun eliminat wieħed mill-aqwa timijiet Ewropej meta Barcelona jaffaċċjaw lil Bayern Munich. Il-Katalani tilfu biss logħba waħda mill-aħħar tlettax li lagħbu f’kull kompetizzjoni, u f’dan…

Futbol internazzjonali

Leipzig tal-Ġermanja għelbu lil Atletico Madrid ta’ Spanja fit-tieni kwarti tal-finali tal-UEFA Champions League u kkwalifikaw għas-semifinali. Leipzig fetħu l-iskor fil-50 minuta minn gowl ta’ Daniel Olmo. Madankollu l-Ispanjoli għamlu…

Aktar