Baseball & Softball
Baseball: Il-partitarji jerġgħu lura fil-Yankee Stadium ta’ New York

Il-partitarji reġgħu lura fil-Yankee Stadium ta’ New York għall-partita kontra Toronto Blue Jays wara nuqqas ta’ sena minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Għal New York Yankees din kienet l-ewwel partita li laqgħu lura l-partitarji sa 20 fil-mija tal-kapaċità tal-istadium.

Qabel id-dħul fl-istadium, il-partitarji kellhom juru ċertifikat negattiv tal-COVID-19 u l-ilbies tal-maskri kien obbligatorju.

Minkejja dawn ir-ristrezzjonijiet, il-partitarji qalu li kienu ferħana li tħallew jerġgħu lura fl-istadium wara sena sħiħa jsegwu l-isport favorit tagħhom minn fuq it-televiżjoni biss.

Miktub minn...
TVM Sport