Basketball – AtoZ Electronics Athleta jirbħu r-raba unur tal-istaġun

Fi tmiem il-ġimgħa saru tliet finali tan-K.O., biex intrebħu tliet unuri oħra.

BOV K.O. Final Irgiel 1 Diviżjoni – AtoZ Electronics Athleta rebħu dan l-unur għal għaxar darba, u kien ir-raba’ unur konsekuttiv ghalihom dan l-istaġun.

BOV K.O. Final Irgiel 2 Diviżjoni – Għal Phoenix Bistro Loyola kien l-ewwel unur maġġur tagħhom kemm ilhom f’din id-diviżjoni, għalkemm huma ġejjin mit-tim ta’ Qormi, li kienu rebħu darbtejn dan l-unur.

St. James Hospital K.O. Nisa – Caffe Moak Luxol issa għamluhom tmien rebħiet f’din il-kompetizzjoni, u kien għalihom it-tielet unur ta’ l-istaġun.

BOV  K.O.  Irgiel 1 Div.  – Finali

AtoZ Electronics Athleta   68 – 59   Pavi Depiro

BOV K.O. Irgiel 2 Div. – Finali

Hibernians      73 – 80       Phoenix Bistro Loyola

St. James Hospital K.O. Nisa – Finali 

Pavi Depiro         35 – 61         Caffe Moak Luxol

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Boxing

Boxing lokali illum saret weigh in ta’ boxers li se jkunu qed jiġġieldu għada fl-avveniment The Trilogy III organizzata minn Prize Boxing Promotions. Fost il-ġliediet mistennija għal għada hemm dik…

Atletika

Wara li nhar is-Sibt li għadda l-kompetizzjonijiet tal-atletika f’pajjiżna rritornaw b’għadd ta’ riżultati tajbin, il-Malta Amateur Athletic Association se tkun qed terġa’ tilqa’ lill-atleti fit-trakka tal-Marsa llejla fit-tieni avveniment tagħha…

Tennis

Għall-edizzjoni tar-Roland Garros tal-2020 se jitħallew jidħlu spettaturi sa 60% tal-ispazju li jesgħu l-courts tat-tennis li se jkun qed jintlagħab it-tournament. L-organizzaturi tal-Open ta’ Franza qalu li se jkunu qed…

Aktar