Basketball
Basketball: Bernard Vassallo b’impenn doppju fl-Ungerija

Ir-referee tal-Basketball Bernard Vassallo din il-ġimgħa se jkun impenjat b’żewġ logħbiet fl-Ungerija.

Illum se jkun qed jikkontrolla l-partita valida mis-sitt u l-aħħar ġurnata mill-fażi tal-gruppi mill-FIBA EURO CUP partita li se tintlagħab fil-University City Arena f’Gyor bejn l-ospiti Uni Gyor u t-tim Spanjol ta’ Avenida Salamanca.

Għada Vassallo se jkun impenjat bil-partita mill-istess kompetizzjoni bejn CKK Cegled u Olympiacos, partita valida minn Grupp G li se tintlagħab f’Gal Jozsef Sportcsarnok Arena f’Cegled.

Bernard Vassallo se jkun assistit minn Goran Grbic tal-Slovenja u Duhan Koyici tat-Turkija.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Basketball

Ir-referee internazzjonali lokali tal-basketball Bernard Vassallo din il-ġimgħa se jerġa’ jkun impenjat f’nominazzjoni, din id-darba, fil-Belġju. Nhar l-Erbgħa 15 ta’ Jannar se jikkontrolla l-partita valida mill-għaxar ġurnata minn Grupp A…

Basketball

Tħabbret il-mewt ta’ David Stern, l-ex Kummissarju tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-basketball, l-NBA. Fi żmien Stern, il-popolarità tal-basketball fid-dinja kiber ħafna u kompla jsir fost l-aktar sport popolari fid-dinja. Stern dam jokkupa…

Basketball

Il-plejer tal-basketball ta’ Boston Celtics, Tacko Fall, esperjenza xi ħaġa ġdida meta minflok lagħab il-basketball mexxa orkestra. Minflok il-gear tal-Boston Celtics libes it-tuxedo u bil-bakketta f’idejh mexxa lill-Boston Pops f’kunċert…

Basketball

Ir-referee internazzjonali lokali tal-basketball Bernard Vassallo din il-ġimgħa se jerġa’ jkun impenjat f’nominazzjoni, din id-darba, fi Spanja. Nhar il-Ħamis 19 ta’ Dicembru huwa se jikkontrolla il-partita valida mit-tmien ġurnata minn…

Aktar