Basketball
Basketball: Bernard Vassallo nominat biex ikunu wieħed mir-referees fil-Eurobasket Women

Ir-referee lokali tal-basketball Bernard Vassallo irċieva nomina prestiġġjuża mill-FIBA bħala wieħed mis-sittax-il referi għall-Kampjonati Ewropej FIBA tan-nisa 2021, magħrufa aħjar bħala Eurobasket Women.

Sittax-il pajjiż parteċipant se jikkompetu f’dawn il-kampjonati, li se jsiru fil-belt Franċiża ta’ Strasburgu u l-belt Spanjola ta’ Valencia f’Ġunju li ġej.

Dawn huma l-Belarus, il-Belġju, il-Bosnja u Ħerzegovina, il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, Franza, il-Greċja, l-Italja, il-Montenegro, ir-Russja, is-Serbja, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja u t-Turkija.

Din hija nomina prestiġjuża għal Vassallo, kif ukoll għall-basketball u l-isport Malti, u se tkun it-tieni esperjenza tiegħu fil-Eurobasket wara dik fl-edizzjoni tal-2011 li kienet saret fil-Polonja.

 

Miktub minn...
TVM Sport