Basketball
Basketball: Flokk tal-1992 ta’ Michael Jordan jinbiegħ għal €200,000

Flokk li kien libes il-plejer Amerikan tal-basketball Michael Jordan fl-Olimpjadi ta’ Barcelona tal-1992 inbiegħ għas-somma kbira ta’ €200,000.

Jordan kien jagħmel parti mid-‘Dream Team’ tal-Istati Uniti li rebħu l-Midalja tad-Deheb f’dik l-edizzjoni.

Il-bejgħ tal-flokk sar f’irkant li jiġi organizzat minn Robert Edwards u għandu l-firma tal-plejer fuq in-naħa tal-lemin tiegħu.

Il-flokk inxtara l-ewwel darba f’irkant ta’ karità lura f’Settembru tal-1992 għas-somma ta’ €15,000.

Il-flokk ta’ Jordan ma kienx l-aktar ħaġa tiegħu ta’ valur li qatt inbiegħet.

Fl-1984, libsa li kien uża għal dawk l-Olimpjadi nbiegħet għal madwar €250,000.

Miktub minn...
TVM Sport