Basketball
Basketball: Hibernians b’taħriġ online għall-plejers

Il-klabb tal-basketball ta’ Hibernians kompla bit-taħriġ għall-plejers tiegħu minn fuq il-kompjuter.

Hibernians ħadu din id-deċiżjoni, l-aktar għall-plejers żgħażagħ tagħhom.

Roderick vella, id-Direttur Tekniku tan-nursery, qed jagħti sessjonijiet għall-plejers ta’ taħt l-14-il sena. Dawn is-sessjonijiet qed isir fost il-ġimgħa filgħodu u fihom qed jipparteċipaw il-plejers kollha.

Din l-inizjattiva sabet l-appoġġ tal-ġenituri kollha tal-plejers ta’ Hibernians.

Miktub minn...
TVM Sport