Basketball
Basketball: Hibernians jippreżentaw l-iskwadra

Hibernians Basketball Club iltaqa’ mill-ġdid sabiex jagħti bidu għal staġun ieħor li fih se jkun qed jikkompeti f’diversi diviżjonijiet u kompetizzjonijiet li tħejji l-Assoċjazzjoni tal-Basketball Maltija.

F’konferenza tal-aħbarijiet, is-segretarju Ġenerali s-sur Anthony Cassar tkellem fuq l-iskwarda żagħżugħa ta’ Hibernians għall-istaġun li ġej.

Fost diversi pjani li hemm imħejjija għal futur, is-Sur Cassar elenka dawk l-iżjed importanti u li se jkunu qed jibnu l-bażi tal-klabb.

Ġew preżentati wkoll Christian Siderholm, Mason Vires u Kenyotta Jenkins, tliet players mill-istati uniti li se jkunu qed jifformaw parti mill-iskwadri tas-seniors ta’ din is-sena.

Miktub minn...
TVM Sport