Basketball
Basketball: Id-darbtejn Champion tal-NBA Pau Gasol jirritorna ma’ Barcelona

Id-darbtejn Champion tal-NBA Pau Gasol irritorna mal-klabb ta’ tfulitu Barcelona biex jgħinhom jirbħu l-Euroleague.

Gasol lagħab f’dawn l-aħħar 20 sena karriera fl-istati Uniti.

Barcelona ilhom ma jgħollu dan it-trofew sa mill-2010 iżda jinsabu f’pożizzjoni tajba qabel il-playoffs fil-quċċata tal-klassifika round robin meta fadlilhom erba’ partiti x’jintlagħbu.

Gasol, ta’ 40 sena, lagħab l-ewwel darba mal-Barca fl-1998 qabel ma kien iffirma ma’ Memphis Grizzlies fl-NBA fl-2001.

 

Miktub minn...
TVM Sport