Basketball
Basketball: Il-Kampjonati BOV jibdew fit-30 ta’ Ottubru

Il-Kampjonati Bank of Valletta tal-2021/22 se jibdew fit-30 ta’ Ottubru 2021 u se jaraw ir-ritorn tal-ispettaturi fil-Padiljun tal-Basketball f’Ta’ Qali kif ukoll il-preżenza ta’ plejers barranin.

Paul Sultana, President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball u Stefan Abela,f’isem il-Bank of Valletta indirizzaw konferenza stampa fejn taw dettalji tal-istaġun li ġej u tellgħu il-poloz tal-Kompetizzjonijiet BOV Knockout Competitions waqt l-istess avveniment.

Waqt li kien qed jitkellem f’dan l-avveniment, il-President tal-MBA qal li fl-aħħar snin il-kampjonat tal-basketball lokali għolla ħafna l-livell tiegħu u qed naraw barranin ta’ livell tajjeb ħafna.

Miktub minn...
TVM Sport