Basketball
Basketball: Impenn f’Charleroi għar-referee lokali Bernard Vassallo

Ir-referee internazzjonali lokali tal-basketball Bernard Vassallo din il-ġimgħa se jerġa’ jkun impenjat f’nominazzjoni, din id-darba, fil-Belġju.

Nhar l-Erbgħa 15 ta’ Jannar se jikkontrolla l-partita valida mill-għaxar ġurnata minn Grupp A tal-FIBA Euro League femminili li se tintlagħab ġewwa s-Spiroudome Arena f’Charleroi bejn it-tim ospitu u ċ-champions Belġjani Castors Braine u t-tim qawwi Russu Nadezhda Orenburg.

Preżentament Orenburg jinsabu jaqsmu t-tielet post waqt li Castors huma r-raba’ fil-grupp magħmul minn tmien timijiet.

Fl-ewwel round kontra Castors, Orenburg kienu rebħu f’darhom 62-55.

Bħala uffiċjali oħra f’dawn iż-żewg partiti, minbarra Vassallo, se jkun hemm Nikolaus Somos tal-Grecja u Marin Ortiz ta’ Franza.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Basketball

Il-player żagħżugħ Malti tal-Basketball Kurt Cassar għadu kif laħaq ftehim mat-team tal-A2 fl-Italja Agribertocchi. Cassar li bħalissa jinsab Malta lura mal-familja tiegħu wara perjodu twil ta’ lock down f’Turin l-Italja…

Basketball

Il-leġġenda tal-basketball Kobe Bryant se jibqa’ mfakkar anki fil-Bożnija u l-Herzegovina wara li diversi dilettanti tal-isport u tal-arti għamlu tpinġija tiegħu ma’ ħajt kbir ta’ skola li tinsab fin-naħa ta’…

Basketball

Il-leġġenda tal-basketball qal li se jkun qed jagħti mat-€80 miljun f’donazzjonali kontra l-ġlieda tar-razziżmu. L-ex plejer qal li flimkien mal-kumpanija tiegħu Jordan Brand, se jkunu qed jagħtu dawn il-flus fuq…

Basketball

Tħabbret il-mewt ta’ Wes Unseld, ex plejer tal-basketball ta’ Washington. Hu miet fl-età ta’ 74 sena u l-aħbar ikkonfermawha l-familja tiegħu. Unseld kien il-plejer li mexxa lit-tim ta’ Washington għall-uniku…

Aktar